Thylacinus

From Wikipedia, the free encyclopedia

Thylacinus
Remove ads

Thylacinus huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament it-Tilaċini, tal-kontinent ta' l-Awstralja.

Quick facts Klassifikazzjoni xjentifika, Speċi ...

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Thylacinidae ma' 8 ġeneri oħra li huma Badjcinus, Maximucinus, Muribacinus, Mutpuracinus, Ngamalacinus, Nimbacinus, Tjarrpecinus u Wabulacinus.

Il-ġeneru Thylacinus jiġbor fiħ 5 speċi, 4 estinti u waħda presunta estinta, b' xi dubji li għadha estanti f' partijiet remoti u mmwarba fil-gżira tat-Tażmanja. Il-llum il-ġurnata peress li t-Tilaċin huwa meqjus jew presunt estint, ix-Xitan tat-Tażmanja huwa l-akbar speċi ħajja tal-ordni Dasyuromorphia għalkemm dan il-ġeneru jiġbor fiħ l-akbar speċi dasjuromorfji li qatt eżistu fid-dinja, ta' l-ordni Dasyuromorphia.

(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Tilaċin, Lupu marsupjal, Thylacinidae u Dasyuromorphia)

Remove ads

Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Thylacinus

  • Ġeneru Thylacinus (Temminck,1824)
    • Thylacinus cynocephalus (Harris,1808) (presunta estinta b' xi dubji)
    • Thylacinus macnessi (Muirhead,1992) (estinta)
    • Thylacinus megiriani (Müller,1997) (estinta)
    • Thylacinus potens (Woodburne,1967) (estinta)
    • Thylacinus rostralis (De Vis,1894) (estinta)

Referenzi

  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.

Ħoloq Esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads