Charles Darwin
From Wikipedia, the free encyclopedia
Charles Robert Darwin (Shrewsbury, 12 ta' Frar 1809 – Londra, 19 ta' April 1882) kien naturalista Ingliż li x-xogħol u t-teoriji tiegħu dwar l-evoluzzjoni tal-ispeċi ħajjin irrivoluzzjonaw profondament il-bijoloġija. Wara li kiseb il-fama fost ix-xjenzjati għal ħidma tiegħu fil-lok u r-riċerki tiegħu fl-ġeoloġija, ippropona l-ipoteżi li l-ispeċi ħajjin kollha evolvew matul iż-żmien minn antenat komuni jew għadd ta' antenati komuni permezz tal-proċess tas-selezzjoni naturali. It-teorija tal-evoluzzjoni ġiet aċċettata mill-komunità xjentifika u l-pubbliku ġenerali matul ħajtu, filwaqt li t-teorija tiegħu tas-selezzjoni naturali kellha tistenna sas-snin tletin biex tkun ġeneralment meqjusa bħala l-ispjegazzjoni essenzjali tal-proċess tal-evoluzzjoni. Sas-seklu 21, kienet il-bażi tat-teorija moderna tal-evoluzzjoni. Taħt forma emendata, l-iskoperta xjentifika ta' Darwin baqgħet sa issa s-sies tal-bijoloġija billi tispjega b'mod loġiku u unifikat id-diversità tal-ħajja.[1]
Charles Darwin | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Charles Robert Darwin |
Twelid | The Mount (en) u Shrewsbury (en) , 12 Frar 1809 |
Nazzjonalità | Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda |
Residenza | The Mount (en) |
L-ewwel lingwa | English language in England (en) |
Mewt | Down House (en) u Shrewsbury (en) , 19 April 1882 |
Post tad-dfin | Abbazija ta’ Westminster |
Familja | |
Missier | Robert Darwin |
Omm | Susannah Darwin |
Konjuga/i | Emma Darwin (en) (29 Jannar 1839 - 19 April 1882) |
Ulied | |
Aħwa | |
Familja |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Christ's College (en) University of Edinburgh Medical School (en) Shrewsbury School (en) (1818 - 1825) Università ta' Edinburgu (Ottubru 1825 - : mediċina Università ta' Cambridge (Jannar 1828 - : teoloġija |
Livell tal-edukazzjoni |
Baċellerat tal-Arti Mastru tal-Arti Legum Doctor |
Lingwi | Ingliż |
Għalliema |
Adam Sedgwick (en) John Edmonstone (en) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
ġeologu esploratur kittieb tal-vjaġġi etologu naturalista filosofu kittieb botaniku |
Parteċipant | |
Xogħlijiet importanti |
On the Tendency of Species to form Varieties; and on the Perpetuation of Varieties and Species by Natural Means of Selection (en) On the Origin of Species (en) The Voyage of the Beagle (en) The Descent of Man, and Selection in Relation to Sex (en) The Expression of the Emotions in Man and Animals (en) Insectivorous Plants (en) The Power of Movement in Plants (en) The Formation of Vegetable Mould through the Action of Worms (en) |
Premjijiet |
List
|
Influwenzat minn |
Thomas Robert Malthus (en) John Frederick William Herschel (en) Herbert Spencer (en) Georges-Louis Leclerc, Comte de Buffon (en) David Hume (en) Johann Wolfgang von Goethe Alexander von Humboldt (en) Charles Lyell (en) |
Sħubija |
Soċjetà Rjali Akkademja Ġermaniża tax-Xjenzi Leopoldina Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi American Philosophical Society Akkademja Ungeriża tax-Xjenzi Soċjetà Sileżjana għall-Kultura Patrijottika Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi Koninklijke Nederlandse Akademie van Wetenschappen Accademia dei Lincei Zoological Society of London Akkademja Franċiża tax-Xjenzi Akkademja Russa tax-Xjenzi Akkademja tax-Xjenzi Prussjana Royal Geographical Society Akkademja Bavarjana tax-Xjenzi Akkademja tax-Xjenzi ta’ Torino Plinian Society (en) |
Darwin beda jistudja t-teoloġija fl-Università ta' Cambridge.[2] Il-vjaġġ tiegħu ta' ħames snin fuq il-Beagle l-ewwel stabbilih bħala ġeologu li l-osservazzjonijiet u t-teoriji tiegħu saħħu t-teoriji attwalisti[3] ta' Charles Lyell u wara bil-pubblikazzjoni tar-rakkont tal-vjaġġ tiegħu għamlu famuż bħala awtur popolari. Affaxxinat bid-distribuzzjoni ġeografika tal-fawna selvaġġa u tal-fossili li kien ġabar matul il-vjaġġ tiegħu, beda jistudja t-trasformazzjoni tal-ispeċi u fl-1838 ikkonċepixxa t-teorija tiegħu tas-selezzjoni naturali. Billi kien jaf li oħrajn kienu ġew attakkati bħala eretiċi għal ideat simili, kien jafda ħsibijietu biss lill-ħbiebu tal-qalb u kompla jiżviluppa r-riċerka biex ilesti ruħu għal kull oġġezzjoni li jistgħu jagħmlulu.[4] Fl-1858, Alfred Russel Wallace bagħatlu saġġ li fih iddeskriva teorija simili u dan wassalhom biex jippreżentaw it-teoriji tagħhom flimkien.[5]
Il-ktieb tiegħu tal-1859, Dwar l-Oriġni tal-Ispeċi, għamel l-evoluzzjoni mill-antenati komuni, b'xi modifikazzjonijiet, l-ispjegazzjoni dominanti xjentifika tad-diversifikazzjoni fin-natura. Eżamina l-evoluzzjoni umana u l-għażla sesswali f'Nisel il-bniedem u l-għażla marbuta mas-sess, segwit minn L-Espressjoni tal-emozzjonijiet fil-bnedmin u l-annimali. Ir-riċerka tiegħu fuq il-pjanti ġiet ippubblikata f'sensiela ta' kotba u fl-aħħar ktieb tiegħu,[6] studja l-ħniex u l-azzjoni tagħhom fuq il-ħamrija.[7]