Agadez

belt fin-Niġer From Wikipedia, the free encyclopedia

Agadez
Remove ads

Agadez (bit-Tamajeq ta' Air: ⴰⴶⴰⴷⴰⵣ, Agadaz), li qabel kienet spelluta Agadès,[1] hija l-ħames l-ikbar belt fin-Niġer, b'popolazzjoni ta' 110,497 ruħ abbażi taċ-ċensiment tal-2012.[2] Hija l-belt kapitali tar-Reġjun ta' Agadez u tinsab fid-deżert tas-Saħara. Barra minn hekk, hija wkoll il-belt kapitali ta' Aïr, waħda mill-federazzjonijiet tradizzjonali tat-Tuareg u tal-Berberi. Iċ-ċentru storiku tal-belt tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2013.[3]

Quick facts Amministrazzjoni, Isem uffiċjali ...
Remove ads

Storja

Agadez ġiet stabbilita qabel is-seklu 14, u permezz tat-tkabbir bis-saħħa tal-kummerċ trans-Saħarjan, gradwalment saret l-iżjed belt importanti tal-poplu Tuareg, u ħadet post Assodé. Fil-belt għadhom jaslu l-karovani li jittrasportaw il-melħ minn Bilma.

Fl-1449 Agadez saret sultanat, iżda iktar 'il quddiem inħakmet mill-Imperu tas-Songhai fl-1515,[4] u baqgħet parti minn dak l-imperu sal-1591.[5] Dak iż-żmien, il-belt kellha popolazzjoni ta' madwar 30,000 ruħ, u kienet punt ta' passaġġ ewlieni għall-kummerċ tal-karovani Medjevali bejn il-bliet tal-Punent tal-Afrika, fosthom Kano (is-sors tal-lingwa Hausa li hija l-lingwa franka tradizzjonali ta' gruppi etniċi differenti fil-belt, speċjalment fl-oqsma tal-kummerċ, tar-reliġjon u tal-amministrazzjoni) u Timbuktu, u l-oażi tat-Tramuntana tal-Afrika, fosthom Ghat, Ghadames u Tripli, mal-kosta tal-Mediterran. Il-ġlied intern wassal għad-deklin gradwali tas-sultanat, u sa nofs is-seklu 19 il-belt lanqas baqgħet tingħaraf.

Uħud isostnu li Agadez kienet l-iżjed punt imbiegħed tal-Imperu Ottoman fuq il-kontinent Afrikan sas-seklu 19, qabel ma ġiet okkupata mill-imperu kolonjali Franċiż, għalkemm din l-istqarrija ma ġietx ivverifikata mill-istoriċi.[6] Il-belt ġiet immexxija mill-Franċiżi mill-1906. Ribelljoni mmexxija minn Kaocen Ag Mohammed seħħet fl-1916, iżda ngħelbet mill-qawwiet Franċiżi. Il-Franċiżi, li ma setgħux jamministraw b'mod effettiv dan ir-reġjun remot, mexxew indirettament permezz ta' sultan innominat minnhom. Iktar 'il quddiem, Agadez saret post importanti fir-Ribelljoni tat-Tuareg tas-snin 90 tas-seklu 20 fiċ-ċentru u fit-Tramuntana tan-Niġer.

Vjolenza fl-2007

Minħabba t-Tieni Ribelljoni tat-Tuareg, mill-aħħar tal-2007 sal-2009 kien hemm vjolenza sporadika u l-ispostament ta' eluf ta' nies fl-inħawi ta' Agadez. It-Tramuntana kollha tan-Niġer tpoġġiet fil-lista tad-Dipartiment Statali tal-Istati Uniti ta' żoni li mhumiex sikuri għall-ivvjaġġar għaċ-ċittadini tal-Istati Uniti fl-aħħar tal-2007 sal-aħħar tal-2008.[7] It-titjiriet tat-turisti lejn Agadez ġew sospiżi mil-linji tal-ajru Ewropej fl-2007–2008 (minn Settembru sa Marzu). L-industrija tat-turiżmu li kienet qed tiffjorixxi qabel l-2007 u kienet qabżet lil dik ta' Niamey u tal-bqija tan-nazzjon, essenzjalment intemmet. Ir-reġjun kollu tqiegħed taħt Stat ta' Eċċezzjoni mill-gvern tan-Niġer (li llimita l-ivvjaġġar, il-ġemgħat, l-attivitajiet politiċi, eċċ.) f'Ottubru 2007, u ġġedded fil-bidu tal-2009. Ġie rrapportat li t-toroq lejn u minn Agadez tpoġġewlhom il-mini tal-art fuqhom, u l-gvern għalaq l-inħawi għall-ġurnalisti u għall-organizzazzjonijiet tal-għajnuna internazzjonali. Bħala riżultat tal-irvelli, għadd mhux magħruf (irrapportat bħala diversi eluf) ta' persuni spostati internament inġabru fil-belt.

Emigrazzjoni lejn l-Ewropa

Fit-tieni deċennju tas-seklu 21, Agadez saret belt ewlenija ta' tranżitu għall-migranti tal-Punent tal-Afrika fi triqithom lejn il-Libja u mbagħad lejn l-Ewropa,[8] peress li Agadez hija l-aħħar waqfa qabel il-vjaġġ twil tul is-Saħara u lejn il-kosta tal-Libja.[9] Diversi repressjonijiet fl-2016 dewmu l-fluss ta' migranti, iżda skont data reċenti tal-Matriċi tal-Intraċċar tal-Ispostament tan-Nies ħareġ li medja ta' kuljum ta' 1,212-il individwu jaqsmu f'sitt punti mmonitorjati fin-Niġer, u bosta minnhom jgħaddu minn Agadez. Il-belt issa tospita mijiet ta' migranti li jgħixu fi djar żgħar fil-periferija tal-belt qabel ma jibqgħu sejrin lejn il-Libja.[10]

Remove ads

Sit ta' Wirt Dinji

Iċ-Ċentru Storiku ta' Agadez ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2013.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[3]

Remove ads

Demografija

More information Sena, Pop. ...

Kultura u turiżmu

Thumb
Il-Moskea l-Kbira ta' Agadez.

Illum il-ġurnata, Agadez qed tiffjorixxi bħala belt tas-swieq u bħala ċentru kummerċjali u bħala ċentru għat-trasport tal-uranju estratt fl-inħawi tal-madwar. Binjiet notevoli fil-belt jinkludu l-Moskea l-Kbira ta' Agadez (li oriġinarjament tmur lura għall-1515 iżda ġiet rikostruwita bl-istess stil fl-1844), il-Palazz ta' Kaocen (issa lukanda), u l-Palazz tas-Sultan ta' Agadez. Il-belt hija magħrufa wkoll għas-suq tal-iġmla u għall-oġġetti tal-fidda u tal-ġilda tagħha. Isem il-belt jingħata wkoll lil forma ta' ġojjellerija simbolika tat-Tuareg, magħrufa bħala s-Salib ta' Agadez.[12]

Xi mużiċisti magħrufa sew mill-belt jinkludu l-kitarrist Tuareg Bombino u l-grupp mużikali tiegħu msejjaħ Grupp Bombino, u l-Grupp Inerane. Il-film ta' Mdou Moctar, Akounak Teggdalit Taha Tazoughai, ġie ambjentat u nġibed fil-post f'Agadez.[13]

Remove ads

Ajruport u użu militari

Thumb
L-Ajruport Internazzjonali ta' Mano.

Iċ-ċentru tat-trasport bl-ajru ta' Agadez, l-Ajruport Internazzjonali ta' Mano Dayak, ingħata isem Mano Dayak, il-mexxej Tuareg li twieled fir-reġjun.

L-Istati Uniti bnew il-Bażi tal-Ajru Nru 201 fin-Niġer, li hija bażi tal-ajru li tintuża għad-droni f'Agadez u minnha tista' timmonitorja l-attivitajiet terroristiċi iktar faċilment fil-Punent u fit-Tramuntana tal-Afrika, u fis-Saħel.[14][15] Fl-2016 ġie żvelat li l-bażi militari fin-Niġer kienet swiet $100 miljun lill-Istati Uniti.[16]

Remove ads

Tniġġis tal-arja

It-tniġġis tal-arja, inkluż il-materja partikolata u t-trab, joħloq riskji sinifikanti għas-saħħa minħabba d-daqs mikroskopiku tal-partikoli u l-inalazzjoni potenzjali tagħhom fl-iżjed partijiet fondi tal-pulmun.[17][18][19]

Klima

Agadez għandha klima sħuna tad-deżert (BWh skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen).

More information Data klimatika Agadez, Niger (temp. normali fl-1961-1990, temp. estremi mill-1957 sal-preżent), Xahar ...
Remove ads

Viċinati

  • Nasarawa, qrib il-Moskea ta' Agadez;[20]
  • Sabon Gari;
  • Bariki;
  • Dag Manet;
  • Azin.

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads