Emma Muscat

Kantanta Maltija From Wikipedia, the free encyclopedia

Emma Muscat
Remove ads

Emma Louise Marie Muscat (twieldet fis-27 ta' Novembru 1999) hija kantanta u mudella Maltija li spiss taħdem fl-Italja.

Quick Facts Ħajja, Isem propju ...
Remove ads

Ħajja bikrija u karriera

Imwielda f'Malta f'familja sinjura[1], Emma saret midħla tal-mużika minn età bikrija. Wara l-edukazzjoni obbligatorja, iddeċidiet li tattendi l-Università tal-Arti tal-Ispettaklu. Bħala adolexxenti wriet it-talent u l-kapaċitajiet tagħha fil-kant, fiż-żfin, u fl-użu tal-istrumenti mużikali. B'mod partikolari, hija speċjalizzat fil-pjanu, u bdiet ukoll tikkomponi l-mużika u l-lirika tal-kanzunetti tagħha.

Fl-2016 hija rrilaxxat l-ewwel single tagħha "Alone" fuq l-kanal tal-YouTube tagħha u iktar 'il quddiem, fl-2017, irrilaxxat it-tieni single tagħha "Without You".[2]

Fl-2018 ipparteċipat fis-sbatax-il edizzjoni tat-talent show televiżiv Amici di Maria De Filippi, u rnexxielha tasal tal-fażi finali tal-programm magħrufa bħala l-fase serale fejn ġiet eliminata fis-semifinali. Hija spiċċat fir-raba' post fil-kategorija tal-kant u ngħatat kuntratt ma' Warner Music Italy.[3] Wara l-esperjenza tagħha f'Amici, hija pparteċipat fl-"Isle of MTV 2018" ma' Jason Derulo, Hailee Steinfeld u Sigala u mbagħad reġgħet ħadet sehem is-sena ta' wara flimkien ma' Martin Garrix, Bebe Rexha u Ava Max.[4] Iktar 'il quddiem, fil-kunċert annwali ta' Joseph Calleja f'Malta, għamlet duwett mat-tenur Malti u ma' Eros Ramazzotti.[5] Fis-6 ta' Lulju hija rrilaxxat l-ewwel EP tagħha bit-titlu Moments, li kien fih ukoll iż-żewġ singles li kienet irrilaxxat preċedentement fuq YouTube. L-EP ġie antiċipat mis-single "I Need Somebody", li ġiet irrilaxxata fit-2 ta' Lulju. Fis-7 ta' Diċembru tal-istess sena, hija rrilaxxat l-ewwel album tagħha rreġistrat fi studjo bit-titlu Moments Christmas Edition b'covers ta' bosta kanzunetti klassiċi tal-Milied. Fis-16 ta' Novembru 2018 kantat f'duwett mar-rapper Taljan Shade fil-kanzunetta Figurati noi.[6]

Fis-26 ta' April 2019 hija rrilaxxat l-ewwel single tagħha Avec moi, b'siltiet mid-diska kantati minn Biondo, li kellha relazzjoni ta' xi sena u nofs miegħu waqt u wara l-programm ta' Amici.[7] Fl-14 ta' Novembru 2019 hija pparteċipat fir-remix tal-hit "Sigarette" tar-rapper Junior Cally. Fl-10 ta' Diċembru rrilaxxat is-single "Vicolo Cieco"; wara r-rilaxx tal-kanzunetta, f'intervista ddikjarat li kienet se tkun l-ewwel estratt mill-album il-ġdid tagħha. Fit-3 ta' Lulju 2020 hija rrilaxxat is-single sajfi tagħha Sangria mar-rapper Taljan Astol, li ġiet iċċertifikata bħala diska tad-deheb fl-Italja u li laħqet il-21 miljun stream fuq YouTube.[8]

Remove ads

Festival tal-Eurovision 2022

Muscat ressqet kanzunetta biex tieħu sehem fil-Malta Eurovision Song Contest 2022 fi Frar 2022.[9] Il-kanzunetta "Out of Sight" wasslitha biex tirbaħ il-kompetizzjoni b'total ta' 92 punt, u b'hekk kisbet id-dritt li tirrappreżenta lil pajjiżha fil-Festival tal-Eurovision 2022 f'Torino, l-Italja.[10] Hija rebħet il-vot tal-ġurija kif ukoll dak tal-pubbliku. Emma ngħatat 12-il punt mis-sitt membri kollha tal-ġurija nazzjonali Maltija, kif ukoll 20 punt mill-pubbliku bit-televotazzjoni.[11] Fl-14 ta' Marzu 2022, ġiet irrilaxxata kanzunetta ġdida, bit-titlu "I Am What I Am", li se tissostitwixxi l-kanzunetta "Out of Sight" fil-Festival tal-Eurovision 2022 fl-Italja.[12][13]

Remove ads

Familja

Emma Muscat hija parti mill-familja li hija l-fundatur u s-sid ta' Muscat's Universal Limited, kumpanija bbażata fil-Belt Valletta li tispeċjalizza fl-ilbies għan-nisa tqal, għat-trabi u għat-tfal.[14][15]

Diskografija

Albums irreġistrati fi studjo

More information Titlu, Dettalji tal-albums ...

EPs

More information Titlu, Dettalji tal-EPs ...

Singles

Bħala artista ewlenija

More information Single, Sena ...

Bħala artista f'"feat."

More information Single, Sena ...
Remove ads

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads