YouTube
pjattaforma onlajn ta' Google għall-videos From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
YouTube huwa sit elettroniku fejn l-utenti jistgħu jtellgħu u jaqsmu flimkien vidjos. Fi Frar tal-2005 tliet eks-ħaddiema ta' PayPal ingħaqdu biex iffurmaw il-YouTube. F'Novembru tal-2006, YouTube, LLC inxtrat mill-Google Inc. għal $1.65 biljun, u attwalment topera bħala sussidjarja tal-Google.
Il-kumpanija hija bbażata f'San Bruno, ġewwa Kalifornja, u tuża' t-teknoloġija Adobe Flash Video biex turi varjetà kbira ta' kontenut viżwali prodott mill-utenti. Ħafna mill-kontenut fuq il-YouTube ittella' minn individwi, imma xi korporazzjonijiet tal-istampa bħas-CBS, il-BBC, il-UMG u organizzazzjonijiet oħra joffru ċertu materjal minn tagħhom fuq dan is-sit, bħala parti mill-programm ta' sħubija tal-YouTube.[2]
Utenti li mhumiex reġistrati jistgħu jaraw il-vidjos, waqt li utenti reġistrati jitħallew itellgħu numru bla limitu ta' vidjos. Vidjos li jista' jkun fihom kontenut offensiv jistgħu jarawhom biss utenti fuq l-età ta' tmintax-il sena. Huwa projbit, skont it-termini tas-servizz tal-YouTube, li jittelgħu vidjos li juru diffamazzjoni, pornografija, ksur tal-copyright, u materjal li jinkoraġġixxi kondotta kriminali.[3]
Remove ads
Storja

YouTube twaqqaf minn Chad Hurley, Steve Chen u Jawed Karim, li qabel kienu jaħdmu flimkien ma' PayPal.[4] Hurley studja d-disinn fl-Università ta' Pennsylvania ġewwa Indiana, filwaqt li Chen u Karim studjaw l-informatika flimkien ġewwa l-Università ta' Illinois ġewwa Urbana-Champaign.[5]
Skont storja li ssemmiet diversi drabi fil-medja, Chad Hurley u Steve Chen żviluppaw l-idea għall-YouTube matul l-ewwel xhur tal-2005, wara li kienu sabuha diffiċli li jaqsmu xi vidjos li kienu ħadu matul festin fl-appartament ta' Chen f'San Francisco. Jawed Karim ma attendiex il-festin u ċaħad li ġara hekk, u Chad Hurley ikkummenta li l-idea li l-YouTube twaqqaf wara festin "kienet x'aktarx iktar imsaħħa b'ideat mis-suq li kienu qed jiġru biex joħolqu storja li kienet diġestibbli."[6]
L-ewwel kwartieri ġenerali kienu jinsabu fuq pizzerija u ristorant Ġappuniż f'San Mateo, f'Kalifornja.[7] L-isem tad-dominju www.youtube.com
ġie attivat fi Frar tal-2005, u l-websajt bdiet tiġi żviluppata fix-xhur segwenti. L-ewwel vidjo li ttella' fuq il-YouTube kien intitolat Me at the zoo (Jien fiż-żu), fejn juri lill-fundatur Jawed Karim fil-ġnien żooloġiku ta' San Diego. Il-vidjo ttella' fit-23 ta' April, 2005, u għadu jista' jintwera fuq is-sit.[8]
YouTube offrew lill-pubbliku verżjoni beta tas-sit f'Mejju tal-2005, sitt xhur qabel it-tnedija uffiċjali tas-sit f'Novembru 2005. Is-sit mal-ewwel wera sinjali ta' popolarità, u f'Lulju 2006 il-kumpanija ħabbret li 65,000 vidjos ġodda kienu qed jittellgħu kuljum, u li s-sit kien qed jirċievi mal-100 miljun viżta kuljum.[9] Skont dati ppubblikati minn comScore, kumpanija li tkopri studji fuq l-iswieq, tarrfet kif il-YouTube hu l-aqwa fornitur ta' vidjos online ġewwa l-Istati Uniti, fejn għandha f'idejha 43 fil-mija ta' dan is-suq u kif ukoll aktar minn sitt biljun vidjo li ntwerew matul Jannar 2009.[10] Hu stmat li 20 siegħa ta' vidjos ġodda jittellgħu kull minuta fuq is-sit, u li madwar tliet kwarti tal-materjal huwa minn barra l-Istati Uniti.[11] F'Marzu tal-2008, l-ispiża tal-bandwith tal-YouTube kienet stmata li tammonta għal miljun dollaru Amerikan kuljum. [12] Skont Alexa, YouTube huwa t-tielet l-aktar sit li jżuruh nies fuq l-internet, wara Yahoo! u Google.[13]
F'Ottubru 2006, Google Inc. ħabbet li xtrat lill-YouTube għal US$1.65 biljun fl-istokk tal-Google, u l-qbil ġie ffinalizzat fit-13 ta' Novembru, 2006.[14]
Remove ads
Impatt soċjali

Qabel il-bidu ta' YouTube fl-2005, kien hemm ftit metodi faċli li bihom l-utenti ordinarji kienu jistgħu jtellgħu vidjos fuq l-internet. Permezz ta' intefaċċa ħafifa biex tintuża, il-YouTube għamilha ħafifa għal kull min għandu konnessjoni tal-internet biex jibgħat vidjo li miljun ta' nies jistgħu jaraw f'temp ta' ftit minuti. Is-suġġetti vasti li jiġu koperti fuq il-YouTube biddlu l-fenomenu tal-qsim tal-vidjos għall-wieħed mill-aktar komponenti importanti tal-kultura tal-internet.
Eżempju tal-impatt soċjali bikri tal-YouTube hu s-suċċess tal-vidjo The Bus Uncle fl-2006. Dan juri konverżazzjoni sħuna bejn żagħżugħ u raġel ta' età iktar matura fuq karozza tal-linja ġewwa Ħong Kong; dan spiċċa jiġi diskuss ħafna fil-medja mondjali.[15] Vidjo ieħor tal-YouTube li kiseb kopertura estensiva huwa guitar,[16] li juri persuna jdoqq fuq kitarra elettrika parti minn Pachelbel's Canon. L-isem tal-esebitur ma jingħatax fil-vidjo, u wara li rċieva miljun ta' viżti, in-New York Times xandret l-identità tal-kitarrista bħala Jeong-Hyun Lim, żagħżugħ ta' 23 sena mill-Korea t'Isfel li rrekordja dan il-vidjo fuq is-sodda tiegħu.[17]
Remove ads
Kritika
Materjal bil-copyright
Għal ħafna drabi l-YouTube safa kkritikat minħabba li naqas li jassigura li l-kontenut tiegħu jaderixxi mal-liġi tal-copyright. Fil-mument fejn ikun se jittella' vidjo, l-utenti tal-YouTube jintwerew nota bil-messaġġ segwenti:
Ittellax l-ebda programm televiżivi, vidjos mużikali, kunċerti mużikali jew reklami mingħajr il-permess sakemm dawn jikkonsistu ta' kontenut moħluq kompletament minnek stess. Il-paġna Suġġerimenti fuq il-copyright u l-Linji gwida tal-komunità jistgħu jgħinuk biex tiddetermina jekk il-vidjo tiegħek jivvjola l-copyright ta' xi ħaddieħor.[18]
Minkejja din l-avvertenza, xorta waħda hemm diversi vidjos ta' programmi tat-televiżjoni, films u vidjos mużikali fuq il-YouTube. Il-YouTube ma jiċċekjawx x'vidjo jiġi mtella' qabel ma jidher online, u hu f'idejn il-proprjetarji tal-copyright li joħorġu stqarrijiet biex jitneħħew dawn il-vidjos skont it-termini tad-Digital Millennium Copyright Act. Organizzazzjoni bħal Viacom u l-Premier League Ingliż fittxew għad-danni lill-YouTube, fejn stqarrew li dawn tal-aħħar għamlu ftit wisq biex jipprevjenu li jiġu mtellgħa materjal bil-copyright.[19][20] Viacom talbet għal riżarċiment ta' danni ta' biljun dollaru Amerikan wara li sabet iktar minn 150,000 vidjo mhux awtorizzat mill-materjal tagħha fuq il-YouTube, li ntwera għan-"numru inkredibbli ta' 1.5 biljun darba". Wara dan il-każ, il-YouTube introduċa sistema ġdida imsejħa Video ID li tiċċekkja jekk il-vidjos li jittellgħu jkunux jaqblu ma' databażi ta' kontenut bil-copyright bil-għan li jonqsu l-każijiet ta' vjolazzjonijiet tal-copyright.[21][22]
Privatezza
F'Lulju tal-2008, Viacom rebħet sentenza fil-qorti fejn talbet lill-YouTube biex jagħti d-dati dettaljati tal-abitudnijiet ta' kull utent li ra xi vidjo fuq dan is-sit. Dan il-każ wassal għal preokkupazzjonijiet li l-abitudnijiet ta' utenti individwali jistgħu jiġu identifikati permezz tal-kombinazzjoni tal-indirizz IP u l-ismijiet tal-kont tagħhom. Din id-deċiżjoni ġiet ikkritika mill-Electronic Frontier Foundation, li stqarret kif is-sentenza tal-qorti "tostakola d-drittijiet tal-privatezza".
Kontenut mhux xieraq
Il-YouTube affaċċja wkoll kritika fuq il-kontenut offensiv ta' xi ċerti vidjos. Minkejja li t-termini ta' servizz tal-YouTube jipprojbixxu li jittella' materjal li jista' jiġi kkunsidrat bħala mhux xieraq, il-volum qawwi ta' vidjos li jittellgħu jagħmilha diffiċli biex il-YouTube jiċċekkjaw kull vidjo wieħed wieħed qabel ma jmur online. Suġġetti kontroversjali għall-vidjos kienu jinkludu n-negazzjoni tal-Olokawstu u d-Diżastru ta' Hillsborough, fejn 96 partitarju tal-futbol minn Liverpool mietu fl-1989, teoriji ta' konfoffi u reliġjon.[23][24]
Huwa f'idejn l-utenti biex jimmarkaw il-kontenut tal-vidjos bħala mhux xieraq, u wara, impjegat tal-YouTube janalizza l-vidjo immarkat u f'dak l-istadju jiddeċiedi jekk dak il-vidjo imurx kontra t-termini ta' servizz tas-sit jew le.[25]
Remove ads
Imblukkar
Diversi pajjiżi imblukkaw l-aċċess għall-YouTube minn mindu twaqqaf dan is-sit, fosthom iċ-Ċina, il-Marokk, u t-Tajlandja. Bħal issa, il-YouTube huwa imblukkat ġewwa t-Turkija wara kontroversja fuq xi vidjos li dehru li kienu qed jinsulentaw lil Mustafa Kemal Atatürk. Minkejja l-blokk, il-Prim Ministru Tork Recep Tayyip Erdoğan stqarr mal-ġurnalisti li hu jista' jidħol fuq YouTube, minħabba li s-sit hu xorta waħda disponibbli ġewwa t-Turkija billi wieħed juża' proxy miftuħ.[26]
Nhar it-3 ta' Diċembru, 2006, l-Iran imblokka temporanjament 'il-YouTube, flimkien ma' xi siti oħra, wara li ddikjarawhom bħala vjolazzjoni tal-kodiċi soċjali u morali. Dan il-blokk seħħ wara ttella' vidjo li juri lil stilla tas-soap opera Iranjan jagħmel is-sess.[27] Il-blokk ġie mneħħa ftit wara, imma reġa' ġie attivat wara l-elezzjoni presidenzjali 2009 tal-Iran.[28]
Fit-23 ta' Frar, 2008, il-Pakistan imblokka l-YouTube minħabba "materjal offensiv" lejn it-twemmin Iżlamiku li jinkludu d-dehra tal-karikaturi Daniżi tal-profetta Mawmettu.[29] Dan wassal għal kważi blokk madwar id-dinja kollha tas-sit tal-YouTube għal madwar sagħtejn, hekk kif l-imblokk Pakistani inċidentalment spiċċa trasferit lejn pajjiżi oħra. Xi skejjel f'ċerti pajjiżi imblukkaw lill-YouTube minħabba li studenti tellgħu vidjos li juru imġieba ta' ibbuljar, ġlied fl-iskejjel, imġieba razzista, u kontenut ieħor inapproprjat.[30]
Remove ads
Teknoloġija
Kwalità tal-vidjos
Oriġinarjament, il-YouTube kien juri l-vidjos tiegħu taħt format wieħed, però illum dawn jinsabu disponibbli taħt tliet formati prinċipali, kif ukoll format ieħor għall-mowbajls. Il-format oriġinali, magħruf bħala "kwalità standard", juri vidjos fir-riżoluzzjoni ta' 320x240 pixels bl-użu ta' codec Sorenson Spark. Il-format tal-"kwalità għolja" għall-vidjos, introdott f'Marzu tal-2008, juri l-vidjos f'riżoluzzjoni ta' 864x480 pixels. Dan il-format joffri titjib sinjifikanti fuq il-kwalità standard. F'Novembru tal-2008, ġie miżjud sapport għall-vidjos b'definizzjoni għolja,[31] waqt li fl-istess żmien il-plejer tal-YouTube tbiddel minn rapport 4:3 għal wieħed ta' skrin kbir ta' 16:9.
Vidjos 3D
Fil-21 ta' Lulju 2009, l-inġinier tas-softwer tal-YouTube Peter Bradshaw ħabbar li l-utenti tal-YouTube jistgħu jibdew itellgħu vidjos 3D.[32][33][34] Wara li jittella' l-vidjo 3D u jiġi pproċessat, l-utenti għandhom diversi għażliet minn fejn jagħżlu fuq kif se jintwera l-vidjo. Għal dawk l-utenti mingħajr nuċċalijiet 3D dawn għandhom numru ta' opzjonijiet diversi kif jaraw il-vidjo.
Remove ads
Lokalizzazzjoni
Nhar id-19 ta' Ġunju, 2007, is-CEO tal-Google Eric E. Schmidt kien f'Pariġi biex iniedi s-sistema ġdida ta' lokalizzazzjoni. L-interfaċċa sħiħa tal-websajt hi issa disponibbli f'verżjonijiet lokalizzati fi 22 pajjiż:
Remove ads
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads