Franz Beckenbauer
plejer u kowċ tal-futbol Ġermaniż (1945-2024) From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Franz Anton Beckenbauer (pronunzja bil-Ġermaniż: [fʁants ˈʔantoːn ˈbɛkn̩ˌbaʊɐ]; twieled fil-11 ta' Settembru 1945 – miet fis-7 ta' Jannar 2024) kien plejer u kowċ professjonali tal-futbol. Imlaqqam "Der Kaiser" ("l-Imperatur"), Beckenbauer jitqies bħala wieħed mill-aqwa plejers u kowċis tal-futbol fl-istorja.[1][2] Beckenbauer kien plejer versatili li beda l-karriera tiegħu bħala midfielder, iżda sar magħruf bħala difensur ċentrali. Spiss jiġi akkreditat li vvinta r-rwol modern tal-libero.[3] Huwa kiseb suċċess fil-livell tal-klabbs u fil-livell internazzjonali, u huwa wieħed mid-disa' plejers li rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA, it-Tazza tal-Kampjonat Ewropew, u l-Ballun tad-Deheb.[4]
Beckenbauer ġie kklassifikat darbtejn bħala l-Plejer tas-Sena tal-Futbol Ewropew, u lagħab 103 darbiet għall-Ġermanja tal-Punent, u lagħab fi tliet Tazzi tad-Dinja u f'żewġ Kampjonati Ewropej. Huwa wieħed minn tliet irġiel, flimkien mal-Brażiljan Mário Zagallo u l-Franċiż Didier Deschamps, li rebaħ it-Tazza tad-Dinja bħala plejer u bħala kowċ; huwa għolla t-Tazza tad-Dinja bħala kaptan tat-tim fl-1974, u reġa' għolla t-tazza bħala kowċ fl-1990. Huwa kien l-ewwel kaptan li għolla t-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Kampjonat Ewropew fil-livell internazzjonali u t-Tazza Ewropea fil-livell tal-klabbs. Huwa ssemma fit-Tim Dinji tas-Seklu 20 fl-1998, fit-Tim tal-Ħolm tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA fl-2002, fit-Tim tal-Ħolm tar-Rebbieħa tal-Ballun tad-Deheb fl-2020, u fl-2004 tniżżel fil-lista tal-FIFA tal-aqwa plejers ħajjin tal-futbol dinji.[5][6]
Fil-livell tal-klabbs mal-Bayern Munich, Beckenbauer rebaħ it-Tazza tat-Tazzi fl-1967 u tliet Tazzi Ewropej konsekuttivi mill-1974 sal-1976. Dawn l-aħħar rebħiet għamluh l-ewwel plejer li rebaħ tliet Tazzi Ewropej bħala kaptan tal-klabb tiegħu. Huwa sar kowċ u iktar 'il quddiem il-President ta' Bayern Munich. Wara żewġ perjodi man-New York Cosmos huwa ddaħħal fil-Klassifika tal-Iżjed Persuni Importanti tal-Futbol Nazzjonali tal-Istati Uniti.[7]
Beckenbauer mexxa l-isforz biex il-Ġermanja rnexxielha tospita t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-2006 u kien il-President tal-kumitat organizzattiv. Huwa ħadem bħala kummentatur ma' Sky tal-Ġermanja, u għal 34 sena kien jikteb l-artikli għat-tabloid Bild, it-tnejn li huma sal-2016.[8] F'Awwissu 2016, tħabbar li Beckenbauer kien qed jiġi investigat għal frodi u ħasil tal-flus b'rabta mat-Tazza tad-Dinja tal-2006.[9] L-investigazzjoni ngħalqet mingħajr verdett fl-2020 għaliex il-kawża ġiet preskritta.[10]
Remove ads
Snin bikrin
Beckenbauer twieled wara t-Tieni Gwerra Dinjija fi Munich, u kien it-tieni iben ta' missieru, il-ħaddiem postali Franz Beckenbauer, u ta' ommu Antonie (kunjomha xebba Hupfauf). Huwa trabba fid-distrett tal-klassi tal-ħaddiema ta' Giesing, u minkejja ċ-ċiniżmu ta' missieru rigward il-logħba tal-futbol, huwa beda jilgħab il-futbol ta' disa' snin fit-tim taż-żgħar ta' SC Munich '06 fl-1954.
Oriġinarjament beda jilgħab bħala attakkant ċentrali, u l-idolu tiegħu kien ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1954 Fritz Walter u kien iżomm mat-tim lokali ta' 1860 Munich, li dak iż-żmien kien l-aqwa tim fil-belt, minkejja li ġew relegati mill-ewwel diviżjoni, l-Oberliga Süd, fis-snin 50 tas-seklu 20. "Minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nilgħab magħhom", ikkonferma iktar 'il quddiem. Il-fatt li ngħaqad mat-tim taż-żgħar tal-Bayern Munich fl-1959, minflok it-tim favorit tiegħu ta' 1860 Munich, kien ir-riżultat ta' tornew jaħraq taż-żgħar taħt l-14-il sena fir-raħal fil-qrib ta' Neubiberg. Beckenbauer u sħabu tat-tim tiegħu kienu jafu li l-klabb tagħhom ta' SC Munich '06 ma kellux il-finanzi biex jibqa' jkollu t-timijiet taż-żgħar, u kienu qablu li jingħaqdu mal-1860 Munich bħala grupp malli jintemm it-tornew. Id-destin ried li SC Munich u 1860 Munich jiltaqgħu proprju fil-finali u għadd ta' fawls matul il-logħba eventwalment wasslu għal konfront bejn Beckenbauer u l-midfielder ċentrali avversarju. Dan l-avveniment baqa' jberren f'moħħ Beckenbauer u sħabu anke wara l-logħba, u b'hekk iddeċidew li minflok jingħaqdu mat-tim taż-żgħar tal-Bayern Munich.
Fl-1963, meta għalaq 18-il sena, Beckenbauer spiċċa f'kontroversja sħiħa meta ġie żvelat li t-tfajla tiegħu ta' dak iż-żmien kienet tqila u li hu ma kellu l-ebda intenzjoni li jiżżewwiġha; huwa tkeċċa mit-tim taż-żgħar nazzjonali tal-Ġermanja tal-Punent mid-DFB u tħalla jerġa' jilgħab magħhom biss wara l-intervent tal-kowċ tat-tim nazzjonali Dettmar Cramer.
Remove ads
Ħajja personali
Beckenbauer iżżewweġ tliet darbiet u kellu ħamest itfal, wieħed minnhom, Stephan, kien plejer tal-futbol professjonali, li miet wara marda fit-tul fil-31 ta' Lulju 2015, meta kellu 46 sena. Iben Stephan, Luca, huwa plejer tal-futbol professjonali wkoll, u jilgħab ma' SV Wacker Burghausen fir-Regionalliga Bayern. Wara li deher f'riklami għal kumpanija kbira tat-telefonija mobbli, Beckenbauer talab speċifikament li jkollu n-numru 0176 / 666666 għall-mowbajl tiegħu. F'qasir żmien ċemplulu diversi rġiel li kienu ħasbu li kien numru tat-telefon erotiku (bil-Ġermaniż "6" tiġi ppronunzjata bħala "sechs", u għandha ħoss simili għall-kelma "sess").
Beckenbauer sar konslu onorarju tal-Kosovo fl-2011. Il-President Behgjet Pacolli qal li Beckenbauer kien se jippromwovi l-kampanja tal-Kosovo għal sħubija fil-UEFA u fil-FIFA.
Remove ads
Saħħa u mewt
Fl-2016 u fl-2017, Beckenbauer kellu żewġ operazzjonijiet kirurġiċi f'qalbu. Fl-2018 iddaħħlitlu wkoll għadma tal-ġenb artifiċjali.
Beckenbauer miet fis-7 ta' Jannar 2024, meta kellu 78 sena, minħabba kawżi naturali kif imħabbar mill-familja tiegħu f'nota mibgħuta lid-Deutsche Presse-Agentur.
Statistika tal-karriera
Klabb
Internazzjonali
- Il-kolonni tal-gowls u tar-riżultat huma marbuta ma' xulxin. Il-kolonna tal-gowls tindiża r-riżultat temporanju tal-logħbiet wara kull gowl skurjat minn Beckenbauer.
Remove ads
Statistika tal-karriera ta' kowċ
- Mit-22 ta' Jannar 2014
Remove ads
Unuri
Plejer
Bayern Munich
- Regionalliga Süd: 1964–65
- Bundesliga: 1968–69, 1971–72, 1972–73, 1973–74
- DFB-Pokal: 1965–66, 1966–67, 1968–69, 1970–71
- Tazza Ewropea: 1973–74, 1974–75, 1975–76
- Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazza Ewropea: 1966–67
- Tazza Interkontinentali: 1976
New York Cosmos
- Kampjonat tal-Futbol tal-Amerka ta' Fuq: 1977, 1978, 1980
Hamburger SV
- Bundesliga: 1981–82
Ġermanja tal-Punent
- Tazza tad-Dinja tal-FIFA: rebbieħ: 1974; it-tieni post: 1966; it-tielet post: 1970
- Kampjonat Ewropew tal-UEFA: rebbieħ: 1972; it-tieni post: 1976
Kowċ
Ġermanja tal-Punent
- Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA: l-ewwel post: 1990; it-tieni post: 1986
- Kampjonat Ewropew tal-UEFA: it-tielet post: 1988
Marseille
- Ligue 1: 1990-1991
Bayern Munich
- Bundesliga: 1993-1994
- Tazza UEFA: 1995-1996
Individwali
Plejer
- Ballun tad-Deheb: rebbieħ: 1972, 1976; it-tieni post: 1974, 1975; it-tielet post: 1966
- Plejer tal-Futbol tas-Sena (il-Ġermanja): 1966, 1968, 1974, 1976
- Tim tal-Bundesliga tal-Istaġun ta' kicker: 1965–66, 1966–67, 1967–68, 1968–69, 1969–70, 1970–71, 1971–72, 1972–73, 1973–74, 1974–75, 1975–76, 1976–77
- Premju tal-Aqwa Plejer Żagħżugħ tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA: 1966
- Żarbuna tal-Bronż tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1966
- Membru tat-Tim tal-Istilel tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1966, 1970, 1974
- FIFA XI: 1968
- Ballun tal-Fidda tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1974
- Premju tal-Aqwa Plejer tal-NASL: 1977
- Ordni tal-Mertu tal-FIFA: 1984
- Membru tat-Tim tal-Istil ta' Kull Żmien tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1994
- Tim tat-Tornew Ewropew tal-UEFA: 1972, 1976
- Membru tat-Tim Dinji tas-Seklu 20: 1998
- Membru tat-Tim tal-Ħolma tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 2002
- Premju tal-Plejer Ċentenarju u ta' Personalità tal-Futbol tal-FIFA: 2004
- FIFA 100: 2004
- Premju Laureus għall-Għomor: 2007
- Premju tal-Ġenju Universali tal-Futbol Dinji tal-IFFHS: 2007
- Żarbuna tad-Deheb: rebbieħ: 2010, bħala leġġenda tal-futbol
- Marca Leyenda: 2012
- Premju Presidenzjali tal-FIFA: 2012
- Premju Presidenzjali tal-UEFA: 2012
- Membru tal-Aqwa Ħdax tal-Futbol Dinji ta' Kull Żmien tal-FIFA: 2013
- Membru tal-Aqwa Ħdax tal-Futbol Dinji ta' Kull Żmien tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA: 2016
- Stħarriġ tal-Ġublew tad-Deheb tal-UEFA: it-tieni post: 2004
- L-Aqwa Plejers tal-Futbol Dinji tas-Seklu 20: ir-raba' post: 1999
- L-Aqwa Ħdax ta' Eric Batty: 1966, 1967, 1968, 1969, 1971, 1972, 1973, 1974, 1975, 1976, 1977
- L-Aqwa Plejer Ewropew tal-IFFHS: 1956–1990
- L-Aqwa Plejer tas-Seklu tal-IFFHS: it-tielet post: 2000
- L-Aqwa Plejer tas-Seklu tal-IFFHS: it-tieni post: 2000
- Membru tal-Leġġendi tal-IFFHS: 2016
- L-Aqwa Ħdax ta' Kull Żmien tal-Bayern Munich: 2005
- Membru tal-Klassifika tal-Aqwa Plejers Sportivi tal-Ġermanja
- Membru tat-Tim tal-Ħolm tar-Rebbieħa tal-Ballun tad-Deheb: 2020
- Membru tat-Tim tal-Ħolm ta' Kull Żmien tal-IFFHS: 2021
Kowċ
- Kowċ Ewropew tas-Sena—Premju Sepp Herberger: 1990
- Premju tal-Aqwa Kowċ tas-Sena tal-Futbol Dinji: 1990
- L-Aqwa Kowċ ta' Kull Żmien tal-Futbol Dinji: id-disa' u għoxrin post: 2013
Ċivili
- Salib tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: 1976
- Ordni tal-Mertu tal-Bavarja: 1982
- Salib tal-Ordni tal-Mertu tal-Ewwel Klassi tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: 1986
- Munita tad-Deheb Onorarja tal-Belt ta' Munich: 1995
- Dottorat Onorarju tal-Akkademja Nazzjonali tal-Isport: 2004
- Salib tal-Mertu tal-Kmandanti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: 2006
- Ordni tal-Mertu tal-Ewwel Klassi tal-Istat Federali ta' Niedersachsen: 2008
- Ordni tal-Mertu tal-Istat Federali ta' Nord-Rhein Westfalen: 2009
- Konslu Onorarju tar-Repubblika tal-Kosovo: 2011.
Remove ads
Referenzi
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads
