Ballun tad-Deheb

From Wikipedia, the free encyclopedia

Ballun tad-Deheb
Remove ads

Il-Ballun tad-Deheb (bil-Franċiż: Ballon d'Or) hu unur tal-futbol li beda jingħata mill-1956 mir-rivista Franċiża France Football. Il-"Ballon d'Or", li hu mogħti kull sena lil dak il-plejer li matul l-istaġun preċedenti jkun wettaq prestazzjonijiet mill-aqwa, hu mħares bħala l-aktar unur individwali prestiġjuż tal-futbol.[1][2]

Thumb
Trofew tal-Ballun tad-Deheb

Qabel l-2007, il-plejer kellu jkun membru ta' klabb ibbażat fil-ġurisdizzjoni tal-UEFA biex ikun jista' jikkwalifika għas-selezzjoni, u sal-1995, plejer kellu jkun ukoll ta' nazzjonalità Ewropea biex ikun eleġibbli. It-tibdil fir-regolamenti fl-2007 ra plejers mill-Qatar, l-Istati Uniti, il-Messiku, il-Brażil u l-Arġentina msemmiha fil-lista tan-nominati flimkien ma' dawk minn klabbs Ewropej.[3]

Sa Ottubru tal-2007, 96 ġurnalist tal-futbol minn madwar id-dinja iddeċidew ir-rebbieħ minn lista ta' 50 nominati minn France Football; qabel din 52 ġurnalist Ewropew għażlu rebbieħ li ried jilgħab għal klabb Ewropew. Kull votant jagħżel ħames plejers mil-lista tal-50 nominat, u jagħtuhom minn wieħed sa ħames punti. Ir-rebbieħ ikun determinat bin-numru totali ta' punti. Plejers li jispiċċaw fit-tieni u fit-tielet post fil-votazzjoni jingħataw medalji tal-fidda u tal-bronż.[3]

Fl-2010, il-Ballun tad-Deheb u l-Plejer tas-Sena tal-FIFA ġew imwaħħdin ma' xulxin u l-unur għall-aqwa plejer fid-dinja beda jingħata taħt il-Ballun tad-Deheb tal-FIFA.

Remove ads

Rebbieħa

Tliet plejers biss irnexxielhom jirbħu dan l-unur tliet darbiet, fejn dawn kienu Johan Cruyff, Marco van Basten u Michel Platini, waqt li ħames plejers rebħuh darbtejn. Johan Cruyff u Franz Beckenbauer iżommu r-rekord li rċevew il-voti mill-ġurija għall-akbar numru konsekuttivi ta' snin (12-il sena).

More information Sena, Post ...
Remove ads

Rebħiet

Skont il-plejer

More information Plejer, Total ...

Skont il-pajjiż

More information Pajjiż, Plejers ...

Skont il-klabb

More information Klabb, Plejers ...
Remove ads

Ara wkoll

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads