Le Corbusier

arkitett, disinjatur, urbanist u kittieb Żvizzeru-Franċiż From Wikipedia, the free encyclopedia

Le Corbusier
Remove ads

Charles-Édouard Jeanneret (twieled fis-6 ta' Ottubru 1887 – miet fis-27 ta' Awwissu 1965), magħruf bħala Le Corbusier (/lə kɔːrˈbjuːzieɪ/ lə kor-BEW-zee-ay,[1] bil-Franċiż: [lə kɔʁbyzje]),[2] kien arkitett, disinjatur, pittur, pjanifikatur urban u kittieb Żvizzeru-Franċiż, u kien wieħed mill-pijunieri ta' dik li issa titqies bħala l-arkitettura moderna. Huwa twieled fl-Iżvizzera u sar ċittadin Franċiż fl-1930. Il-karriera tiegħu damet ħames deċennji, fejn huwa ddisinja binjiet fl-Ewropa, fil-Ġappun, fl-Indja, kif ukoll fl-Amerka ta' Fuq u fl-Amerka t'Isfel.[3] Huwa kien tal-fehma li "l-għeruq tal-arkitettura moderna nibtu minn Viollet-le-Duc".[4]

Quick Facts Ħajja, Isem propju ...

Le Corbusier kien iddedikat biex jipprovdi kundizzjonijiet ta' għajxien aħjar għar-residenti tal-bliet iffullati. Huwa kien influwenti fl-ippjanar urban, u kien membru fundatur tal-Congrès International d'Architecture Moderne (CIAM). Le Corbusier ħejja l-pjanta ewlenija tal-belt ta' Chandigarh fl-Indja, u kkontribwixxa b'disinni speċifiċi għal diversi binjiet hemmhekk, speċjalment binjiet tal-gvern.

Fis-17 ta' Lulju 2016, sbatax-il proġett ta' Le Corbusier f'seba' pajjiżi tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala x-Xogħol Arkitettoniku ta' Le Corbusier, Kontribut Straordinarju għall-Moviment tal-Moderniżmu.[5][6]

Le Corbusier huwa figura kontroversjali. Uħud mill-ideat tiegħu tal-ippjanar urban ġew ikkritikati għall-indifferenza tagħhom fir-rigward ta' siti kulturali preċedenti, l-espressjoni tas-soċjetà u l-ugwaljanza, u r-rabtiet allegati tiegħu mal-Faxxiżmu, mal-Antisemitiżmu, mal-Ewġenika, u mad-dittatur Benito Mussolini rriżultaw f'iktar tmaqdir.

Le Corbusier iddisinja wkoll għamara magħrufa sew bħas-siġġu LC4 u s-siġġu ALC-3001, it-tnejn li huma miksija bil-ġilda u b'qafas tal-metall.

Remove ads

Ħajja bikrija (1887-1904)

Charles-Édouard Jeanneret twieled fis-6 ta' Ottubru 1887 f'La Chaux-de-Fonds, raħal żgħir fil-kanton ta' Neuchâtel fejn jitkellmu bil-Franċiż fil-Majjistral tal-Iżvizzera, fil-muntanji Jura, ħames kilometri (3.1 mili) 'il bogħod mill-fruntiera ma' Franza. La Chaux-de-Fonds kien raħal industrijali ddedikat għall-manifattura tal-arloġġi tal-idejn. Fost l-istrutturi soċjali unifikanti ta' La Chaux-de-Fonds kien hemm il-Loge L'Amitié, il-loġġa tal-Mażuni bl-ideat morali, soċjali u filosofiċi Frankofoni, inkluż l-ikonografija simbolika tal-angolu ta' 90 grad (rettitudni) u l-kumpass (eżattezza). Le Corbusier iktar 'il quddiem iddeskrivihom bħala "l-gwida tiegħi, l-għażla tiegħi" u bħala "l-ideat tiegħi onorati maż-żmien, ingranati sew fl-intellett, bħat-tagħlim tal-katekiżmu".[7] Huwa adotta l-psewdonimu Le Corbusier fl-1920. Missieru kien artiġjan tal-kaxxi u tal-arloġġi bl-enamel, u ommu kienet tgħallem il-pjanu. Ħuh il-kbir Albert kien vjolinist dilettant.[8] Huwa attenda kindergarten li kienet tuża metodi Fröbeljani.[9][10][11]

Bħall-kontemporanji tiegħu Frank Lloyd Wright u Mies van der Rohe, Le Corbusier ma kellux it-taħriġ formali ta' arkitett. Huwa kien attirat lejn l-arti viżwali; meta kellu ħmistax-il sena, huwa attenda l-iskola muniċipali tal-arti f'La-Chaux-de-Fonds li kienet tgħallem l-arti applikati b'rabta mal-produzzjoni tal-arloġġi tal-idejn. Tliet snin wara huwa attenda kors għoli tat-tiżjin, stabbilit mill-pittur Charles L'Eplattenier, li kien studja f'Budapest u f'Pariġi. Le Corbusier iktar 'il quddiem kiteb li L'Eplattenier kien sawru bħala "raġel tal-boskijiet" u għallmu dwar il-pittura min-natura. Missieru spiss kien jieħdu fil-muntanji madwar ir-raħal. Huwa kiteb iktar 'il quddiem, "b'mod kostanti konna nkunu fil-qċaċet tal-muntanji; trabbejna mdorrijin b'orizzont fil-ftuħ".[12] L-għalliem tal-arkitettura tiegħu fl-Iskola tal-Arti kien l-arkitett René Chapallaz, li kellu influwenza kbira fuq l-iżjed disinni bikrin tad-djar ta' Le Corbusier. Iktar 'il quddiem huwa rrapporta li kien l-għalliem tal-arti tiegħu L'Eplattenier li wasslu biex jagħżel l-arkitettura. Huwa kiteb "Kont imwerwer mill-arkitettura u mill-arkitetti... Kelli sittax-il sena, aċċettajt il-verdett, obdejt u komplejt bl-arkitettura".[13]

Remove ads

Ivvjaġġar u l-ewwel djar (1905-1914)

Imfakar

Ir-ritratt ta' Le Corbusier liebes in-nuċċali tal-vista distintiv tiegħu deher fuq il-karti tal-flus tal-10 Franki Żvizzeri.

Il-postijiet li ġejjin ingħataw il-psewdonimu tiegħu:

  • Place Le Corbusier, Pariġi, ħdejn is-sit tal-atelier tiegħu f'Rue de Sèvres;
  • Le Corbusier Boulevard, Laval, Quebec, il-Kanada;
  • Place Le Corbusier f'raħal twelidu, La Chaux-de-Fonds, l-Iżvizzera;
  • Triq Le Corbusier fil-partido ta' Malvinas Argentinas, il-Provinċja ta' Buenos Aires, l-Arġentina;
  • Triq Le Corbusier f'Le Village Pariġiien ta' Brossard, Quebec, il-Kanada;
  • Le Corbusier Promenade, xatt ħdejn l-ilma f'Roquebrune-Cap-Martin;
  • Il-Mużew ta' Le Corbusier, Settur 19, Chandigarh, l-Indja;
  • Il-Mużew ta' Le Corbusier fi Stuttgart am Weissenhof.

Xogħlijiet

  • 1923: Villa La Roche, Pariġi, Franza;
  • 1925: Villa Jeanneret, Pariġi, Franza;
  • 1926: Cité Frugès, Pessac, Franza;
  • 1928: Villa Savoye, Poissy-sur-Seine, Franza;
  • 1929: Cité du Refuge, Armée du Salut, Pariġi, Franza;
  • 1931: il-Palazz tas-Sovjetiċi, Moska (proġett);
  • 1931: Immeuble Clarté, Ġinevra, l-Iżvizzera;
  • 1933: Tsentrosoyuz, Moska;
  • 1947-1952: Unité d'Habitation, Marsilja, Franza;
  • 1949-1952: is-sede tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Belt ta' New York, l-Istati Uniti (konsulent);
  • 1949-1953: id-Dar ta' Curutchet, La Plata, l-Arġentina (maniġer tal-proġett: Amancio Williams);
  • 1950-1954: Chapelle Notre Dame du Haut, Ronchamp, Franza;
  • 1951: Maisons Jaoul, Neuilly-sur-Seine, Franza;
  • 1951: binjiet f'Ahmedabad, l-Indja;
    • 1951: il-Mużew ta' Sanskar Kendra, Ahmedabad;
    • 1951: il-Binja tal-ATMA;
    • 1951: Villa Sarabhai, Ahmedabad;
    • 1951: Villa Shodhan, Ahmedabad;
    • 1951: il-Villa ta' Chinubhai Chimanlal, Ahmedabad;
  • 1952: Unité d'Habitation ta' Nantes-Rezé, Nantes, Franza;
  • 1952-1959: binjiet f'Chandigarh, l-Indja;
    • 1952: il-Palazz tal-Ġustizzja;
    • 1952: il-Mużew u l-Gallerija tal-Arti;
    • 1953: il-Binja tas-Segretarjat;
    • 1953: il-Palazz tal-Gvernatur;
    • 1955: il-Palazz tal-Assemblea;
    • 1959: il-Kulleġġ tal-Arti tal-Gvern (GCA) u l-Kulleġġ tal-Arkitettura ta' Chandigarh (CCA);
  • 1957: Maison du Brésil, Cité Universitaire, Pariġi, Franza;
  • 1957-1960: Sainte Marie de La Tourette, qrib Lyon, Franza (flimkien ma' Iannis Xenakis);
  • 1957: Unité d'Habitation ta' Berlin-Charlottenburg, Flatowallee 16, Berlin, il-Ġermanja;
  • 1962: Carpenter Center for the Visual Arts fl-Università ta' Harvard, Cambridge, Massachusetts, l-Istati Uniti;
  • 1964-1969: Firminy-Vert, Franza;
    • 1964: Unité d'Habitation ta' Firminy-Vert;
    • 1965: Maison de la Culture de Firminy;
  • 1967: il-Mużew ta' Heidi Weber (Centre Le Corbusier), Zürich, l-Iżvizzera.
Remove ads

Kotba ta' Le Corbusier

  • 1918: Après le cubisme (Wara l-Kubiżmu), flimkien ma' Amédée Ozenfant;
  • 1923: Vers une architecture (Lejn l-Arkitettura);
  • 1925: Urbanisme (Urbaniżmu);
  • 1925: La Peinture moderne (Il-Pittura Moderna), flimkien ma' Amédée Ozenfant;
  • 1925: L'Art décoratif d'aujourd'hui (L-Arti Dekorattiva Attwali);
  • 1930: Précisions sur un état présent de l'architecture et de l'urbanisme (Dettalji preċiżi dwar l-istat attwali tal-arkitettura u tal-urbaniżmu);
  • 1931: Premier clavier de couleurs (L-Ewwel Tastiera tal-Kuluri);
  • 1935: Aircraft (Inġenju tal-Ajru);
  • 1935: La Ville radieuse (Il-Belt Radjanti);
  • 1942: Charte d'Athènes (Il-Karta ta' Ateni);
  • 1943: Entretien avec les étudiants des écoles d'architecture (Taħdita mal-Istudenti tal-Arkitettura);
  • 1945: Les Trois établissements Humains (It-Tliet Stabbilimenti Umani);
  • 1948: Le Modulor (Il-Modulatur);
  • 1953: Le Poeme de l'Angle Droit (Il-Poeżija tal-Angolu ta' 90 Grad);
  • 1955: Le Modulor 2 (Il-Modulatur 2);
  • 1959: Deuxième clavier de couleurs (It-Tieni Tastiera tal-Kuluri);
  • 1964: Quand les Cathédrales Etáient Blanches (Meta l-Katidrali Kienu Bojod);
  • 1966: Le Voyage d'Orient (Il-Vjaħħ Lejn il-Lvant).
Remove ads

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads