Naxxar
raħal f'Malta (reġjun tramuntana) From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
In-Naxxar huwa raħal jew belt żgħira li tinsab fin-naħa ta' fuq tal-gżira ta' Malta. Għalkemm il-kitbiet storiċi dwarhu jmorru lura sas-seklu Ħmistax, hemm xhieda ta' fdalijiet prejistoriċi. In-Naxxar innifsu tnissel miż-żewġ irħajla ta' Ħal Dgħif u Ħal Muselmiet, imma bl-iżvilupp bla rażan illum resaq sew u sar imiss mal-Mosta, ir-raħal rivali tiegħu.

Remove ads
Storja
Mhux faċli tiddetermina meta r-raħal tan-Naxxar beda jifforma ruħu. Li hu żgur hu li eluf ta ’snin ilu, fin-Naxxar diġa’ kien hemm xi forma ta ’ħajja. Xhieda ta’ dan tingħata mill-għerien tal-Qattara u ta ’San Brinkaw; fdalijiet megalitiċi minn żmien il-bronż f’ tal-qadi u Qaliet Marku, Furrows fil-blat li jibdew minn Is-Salina sa It-Tarġa kif ukoll aktar ’il fuq ħdejn Għadira tal-Wej li aktarx iffurmaw ruħhom fi żmien il-bronż; Oqbra Puniċi li nstabu fis-sit tal-iskola Primarja tan-Naxxar, u wkoll fit-toroq ta’ San Ġorġ u Leli Falzon; kif ukoll katakombi fis-Salina u fil-Magħtab[1].
Remove ads
Edukazzjoni
- Skola Primarja tan-Naxxar
 - MRC Middle School
 - Giovanni Curmi Higher Secondary School
 - Maria Regina Induction School
 
Il-Knisja Parrokkjali

Il-knisja parrokkjali tan-Naxxar kienet waħda mill-għaxar parroċċi li nstab li kienu jeżistu mill-Isqof De Mello fl-1436 u l-irħula ta’ Mosta u Għargħur kienu soġġetti għaliha. De Mello elenkaha bħala waħda mill-għaxar parroċċi ta’ Malta u kienet l-ewwel parroċċa ddedikata lill-Madonna wara dik tal-katidral il-qadim fl-Imdina. Fl-1575, il-parroċċa tan-Naxxar kellha taħt il-kontroll tagħha total ta’ 36 knisja – 14 fin-Naxxar, 5 fil-Għargħur, 12 fil-Mosta u 5 fil-viċinanza ta’ dawn l-irħula. Il-knisja preżenti nbniet bejn l-1616 u l-1630 meta kien hemm 1,200 abitant fin-Naxxar u nħass li kien hemm bżonn ta’ knisja akbar. Id-disinn sar minn Tumas Dingli, wieħed mill-aqwa periti ta’ dak iż-żmien. Il-kappillan tal-parroċċa kien Dun Gakbu Pace. Il-kor u ż-żona ta’ madwaru ġew iddisinjati mill-ġdid fl-1691 skont id-disinn ta’ Lorenzo Gafà, l-istess perit li kien iddisinja l-katidral tal-Imdina. Il-knisja parrokkjali ġiet ikkonsagrata solennement mill-Isqof Alpheran de Bussan fil-11 ta’ Diċembru 1732.
Kappelli
Fiż-żona akbar tan-Naxxar, hemm diversi kappelli. Dawn jinkludu l-kappella tal-Immakulata Kunċizzjoni li nbniet fis-seklu 18; il-kappella ta’ Santa Luċija; il-kappella tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li tinsab f’San Pawl tat-Tarġa; il-Knisja tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista; il-kappella ta’ San Ġakbu Appostlu; Santa Marija tax-Xagħra; l-Assunta tal-Magħtab li nbniet fis-seklu 18; it-Tħabbira tal-Magħruf f’Salina li nbniet fis-seklu 16; il-knisja ta’ San Mikiel Arkanġlu f’Salina; dik ta’ San Ġwann Evanġelista u dik ta’ Santa Marija tal-Anġli f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Remove ads
Residenzi notevoli
Palazzo Parisio
Il-Palazzo Parisio fin-Naxxar inbena mill-Gran Mastru Manoel de Vilhena fis-seklu 18. Il-palazz kien jintuża mill-komunità Ġiżwita bħala università. Wara li xtara l-proprjetà fl-1898, il-Markiż Scicluna biddilha għall-istat preżenti tagħha u xtara aktar art fuq wara, u kkonvertiha f’ġnien, bejn l-1898 u l-1906.
Palazzo Nasciaro
Palazzo Nasciaro huwa palazz tas-seklu 18 mibni matul l-Ordni ta’ San Ġwann li ra diversi użi mill-ġdid adattivi matul is-snin. Huwa eżempju ewlieni tal-arkitettura barokka tard fin-Naxxar. Matul l-istorja tiegħu, kien ir-residenza tal-perit Francesco Sammut u aktar tard ta’ ibnu Giovanni Sammut, kien id-dar tal-Logutenent fit-tramuntana ta’ Malta, aktar tard serva bħala l-ewwel skola pubblika fin-Naxxar, kien il-kwartieri ġenerali tal-pulizija u sa ftit ilu għassa tal-pulizija, serva bħala sptar taħt l-art tal-maternità matul it-Tieni Gwerra Dinjija u pprovda kenn għall-komunità mill-bumbardamenti tal-gwerra. Illum, huwa residenza privata.
Villa Castro
Villa Castro, li qabel kienet Palazzo Castro, hija residenza tal-kampanja tal-perjodu tal-Kavallieri li ġiet irranġata u żviluppata għal akkomodazzjoni moderna fis-seklu 21. Il-ġonna ta’ barra twaqqgħu u ġew żviluppati f’bini ieħor tal-madwar matul is-snin.
Il-Loġġa tal-Kaċċa ta' Hompesch
Il-Loġġa tal-Kaċċa ta' Hompesch kienet loġġa tal-kaċċa mibnija mill-Gran Mastru Hompesch qrib it-Torri ta' Gauci u t-Torri tal-Kaptan. Illum tinsab fi stat dilapidat.
Remove ads
Folklor
Malta għandha dejn kbir fil-qasam kulturali ma' żewġ Naxxarin, Toni Cachia l-Ħammarun minn Sqaq it-Tut u Tommy Camilleri t-Tommy. Cachia kien l-aħħar daqqaq magħruf taż-żaqq f'Malta u l-istess bniedem li wera' lil Ġużi Gatt, bennej ta' strumenti tradizzjonali Maltin, kif għandek ikollok saqqafa tajba sabiex il-ħoss tad-daqq taż-żaqq joħroġ u jidwi tajjeb.
Camilleri, magħruf bħala tanburista tradizzjonali Malti, għandu l-ħila jiżfen iċ-ċaqliq li tanburusta jrid jagħmel waqt id-daqq taż-żaqq. Dawn ġew iddokumentati minn Ruben Żahra u l-grupp Etnika. Camilleri jaf idoqq ukoll il-kitarra Maltija, għalkemm dejjem kien it-tanbur Malti li ġablu l-fama li għandu fil-qasam folkloristiku Malti.
Remove ads
Baħar iċ-Ċagħaq
Irħajjel Naxxari li qed jikber bis-sħiħ huwa dak ta' Baħar iċ-Ċagħaq. Magħruf bħala post għall-għawm, fosthom Qalet Marku minn fejn kienet tinġabar l-ilma għall-irkotta, u Ras il-Għallis, hemm ukoll il-qoxra ta' lukanda Iranjana li qatt ma leħqet fetħet.
Nies notevoli
- Mary Spiteri, eks parteċipanta tal-Eurovision Song Contest, spiċċat fit-tielet post fl-ESC 1992
 - Claudette Pace, eks parteċipanta tal-Eurovision Song Contest u politikanta
 - Savior Pirotta, awtriċi tat-tfal, issa ċittadina Brittanika li tgħix fir-Renju Unit
 - Toni Bajada, eroj Malti leġġendarju mis-seklu 16
 
Ġemellaġġ
Referenzi
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads