Tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija jirrappreżenta lill-Albanija fid-dixxiplina sportiva tal-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Albanija.
L-assoċjazzjoni nazzjonali ġiet fundata fis-6 ta' Ġunju 1930, però kellha tistenna sittax-il sena sakemm tiġi milgħuba l-ewwel logħba internazzjonali, fejn iddebuttaw kontra l-Jugożlavja fl-1946. Matul il-kungress tal-FIFA li sar bejn it-12 u s-16 ta' Ġunju tal-1932, l-Albanija ssieħbet mal-federazzjoni internazzjonali u fl-1954 hi kienet fost il-fundaturi tal-UEFA. L-Albanija kienet ġiet mistiedna sabiex tipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja 1934, imma minħabba problemi organizzattivi kellhom jirtiraw il-parteċipazzjoni tagħhom.
Ħafna mill-partiti tat-tim nazzjonali tal-Albanija jintlagħbu ġewwa l-Qemal Stafa.
Remove ads
Storja

Is-snin tal-bidu raw kampanja b'suċċess tat-Tazza tal-Balkani tal-1946. L-Albanija rebħu t-Tazza wara li għelbu lill-Jugożlavja bl-istess punti imma b'differenza ta' gowls aħjar. Il-partita finali kienet kontra r-Rumanija u ntrebħet 1–0. Erbat ijiem qabel, l-Albanija kienet diġà rebħet lill-Bulgarija 3–1. Hu interessanti l-fatt li l-Albanija ma kinitx mistenniha li tipparteċipa, imma l-irtirar tal-Greċja mit-turnew offra lill-Albanija ċ-ċans li tingħaqad fit-Tazza li ġiet ristabbilita wara l-gwerra.
Wara li ħadet sehem għall-ewwel darba fil-Kampjonati Ewropej tal-UEFA fl-1963, għall-edizzjoni tal-1964, fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1968, huma rnexxielhom jiksbu pari ta' mingħajr gowls kontra l-Ġermanja tal-Punent, li eventwalment wassal għall-eliminazzjoni ta' dan tal-aħħar. Matul dik l-era, l-Albanija kellha preżenti lil Panajot Pano, ikkunsidrat bħala l-aqwa plejer minn dan il-pajjiż.
Il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1986 waslet aktar riżultati pożittivi bħall-pari ta' 2–2 barra minn darha kontra l-Polonja u rebħa ta' 2–0 kontra l-Belġu, li kienu spiċċaw semifinalisti tal-kompetizzjoni.
Il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1994 rat lill-Albanija jilgħabu l-logħob ġewwa darhom fi stadji newtrali minħabba problemi politiċi ġewwa l-istess pajjiż. Madankollu, huma kisbu rebħa ta' 4–1 fuq it-Turkija f'logħba ta' ħbiberija fl-1998; l-unika darba li l-Albanija skurjaw aktar minn 3 gowls f'logħba internazzjonali sħiħa (minkejja li lura fl-1946 kienu rebħu 5–0 lill-Montenegro, fejn dakinhar dan tal-aħħar kien parti mill-Jugożlavja).
Matul il-fażi ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 2004, ra lill-Albanija jagħmlu rebħa storika ta' 3–1 fuq ir-Russja fi Shkodër. Fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006, ra progress fir-riżultati, fejn l-aktar riżultat sodisfaċenti kien dak ta' rebħa ta' 2–1 kontra l-Greċja, fejn dawn tal-aħħar kienu għadhom kemm ġew inkurunati ċampjins tal-Ewropa.
Fl-14 ta' Marzu 2008, il-FIFA ħabbret li ssospendiet lill-Albanija minn kwalunkwe attività tal-futbol internazjonali, kemm fuq livell ta' klabb u anki dak nazzjonali. Ir-raġuni wara din ir-raġuni kienet minħabba n-nuqqas ta' qbil li kien hemm bejn il-Ministeru tal-Isport u l-federazzjoni Albaniża, li għadha attwalment miftuħa, fuq il-kontrolli finanzjarji li l-awtoritajiet tal-gvern riedu jagħmlu fuq il-kontijiet tal-federazzjoni. L-irifjutar min-naħa tal-federazzjoni wassal għall-ksur tar-rapporti, u b'konsegwenza t'hekk waslet l-esklużjoni mill-kompetizzjonijiet.
Id-29 ta' April tal-istess sena, il-kumitat tal-emerġenza tal-istess FIFA, wara taħdidiet li kellha ma' xi diriġenti tal-UEFA, tal-Federazzjoni tal-futbol Albaniża u tal-gvern ta' Tirana, irrevokat lura l-esklużjoni.
Remove ads
Kuluri u simboli
L-Albanija tilgħab b'uniformi ħamra b'xorts u kalzetti suwed, xi drabi b'dekorazzjonijiet bojod jew suwed. Barra minn darhom, l-uniformi tkun ħafna drabi bajda b'dekorazzjonijiet suwed jew ħomor. L-ewwel uniformi hi sempliċiment rappreżentazzjoni tal-bandiera Albaniża, li hi fil-fatt ħamra b'ajkla sewda fin-nofs.
L-istemma li tuża' l-iskwadra mhix l-istess bħal dik tal-Federazzjoni, li turi disinn tond bl-ajkla fiċ-ċentru, li tissimbolizza l-bandiera Albaniża, fejn madwarha hemm ċirku abjad bl-isem bil-lingwa oriġinali tal-federazzjoni miktub b'karattri tad-deheb.
Remove ads
Staff tekniku

Plejers
- Il-plejers segwenti ġew magħżula għal-logħbiet tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 kontra l-Polonja, l-Ungerija u San Marino.
- In-numru ta' logħbiet u gowls huma validi sat-8 ta' Settembru 2021 wara l-logħba kontra San Marino.[1]
Remove ads
Storja tal-kompetizzjonijiet

Tazza tad-Dinja
Kampjonati Ewropej
- 1960 – Ma ħaditx sehem
- mill-1964 għall-1972 – Ma kkwalifikatx
- 1976 – Ma ħaditx sehem
- mill-1980 għall-2008 – Ma kkwalifikatx
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads