Tim nazzjonali tal-futbol tal-Polonja

From Wikipedia, the free encyclopedia

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Polonja
Remove ads

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Polonja (bil-Pollakk: Reprezentacja Polski w piłce nożnej) jirrappreżenta lill-Olonja fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Polonja (PZPN).

Quick facts Psewdonimu, Assoċjazzjoni ...

Il-Polonja ħadu sehem fi tmien edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, bl-ewwel dehra tkun fl-1938 fejn ġew eliminati mill-Brażil. L-aqwa riżultat tagħhom kien it-tielet post li kisbuh darbtejn fl-1974 u l-1982; din l-era baqgħet rikonoxxuta bħala l-era tad-deheb tal-futbol internazzjonali Pollakk. Fil-Kampjonati Ewropej l-aqwa riżultat kien il-kwarti tal-finali fl-edizzjoni tal-2016 meta ġew megħluba miċ-ċampjins eventali tal-Portugall. Flimkien mal-Ukrajna, huma ospitaw l-edizzjoni tal-2012 ta' din il-kompetizzjoni. L-ikbar trijonf tal-Polonja fuq skala internazzjonali kienet il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Munich tal-1972.

Remove ads

Storja

Thumb
It-tim Pollakk li lagħab kontra l-Brażil fit-Tazza tad-Dinja tal-1938

It-tim nazzjonali Pollakk lagħab l-ewwel logħba uffiċjali fit-18 ta' Diċembru 1921 meta ġew megħluba 1–0 kontra l-Ungerija f'Budapest. Fl-1938 ħadu sehem fl-ewwel Tazza tad-Dinja u ġew eliminati fir-rawnd tal-aħħar sittax (li kienet l-ewwel rawnd tal-fażi finali) mill-Brażil b'riżultat ta' 6–5, fejn il-Polonja sabu l-gowl tad-dro f'ħames okkażjonijiet u erbgħa mill-gowls kienu minn Ernest Wilimowski li sar l-ewwel plejer li qatt skorja erba' gowls fil-kompetizzjoni.

Qabel ma faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Polonja għelbu 4–2 lill-Ungerija, b'dawn tal-aħħar kienu għadhom ġejjin mill-finali mitlufa kontra l-Italja fit-Tazza tad-Dinja tal-1938; Wilimowski skorja tlieta mill-gowls. Fost il-partitarji Pollakki din il-logħba baqgħet imsejħa "L-Aħħar Logħba" minħabba li erbat ijiem wara t-truppi Ġermaniżi daħlu fil-pajjiż.[1]

Fil-11 ta' Ġunju 1946, il-Polonja reġgħu lura fil-grawnd għall-ewwel darba wara l-gwerra, fit-telfa ta' 3–1 kontra n-Norveġja f'Oslo. Sentejn wara, fis-26 ta' April 1948, il-Polonja sofrew l-ikbar telfa tal-istorja tagħhom meta d-Danimarka skorjat tmien gowls mingħajr riposta. Fl-4 ta' Novembru 1963, il-Pollakki għamlu l-ikbar rebħa tagħhom sa dak iż-żmien meta rebħu lin-Norveġja 9–0 (dan ir-rekord ġie megħlub fl-2009). Din il-logħba rat id-debutt ta' Włodzimierz Lubański, li mmarka l-ewwel logħba tiegħu b'gowl u li aktar tard sar l-aqwa skorer mat-tim nazzjonali bi 48 gowl f'75 logħba bejn l-1963 u l-1980.

Thumb
Grzegorz Lato, it-tielet plejer bl-aktar preżenzi u t-tielet l-aqwa skorer tal-Polonja, fil-konfront kontra l-Brażil fit-Tazza tad-Dinja tal-1974

Fl-1 ta' Diċembru 1970, ir-rwol fi tmun tat-tim nazzjonali ngħata lil Kazimierz Górski li mal-ewwel wassal għar-rebħ tal-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-1972 u l-midalja tal-fidda fl-1976. Fit-1974 il-Polonja kienu fost l-akbar sorpriżi. Il-Pollakki eliminaw lill-Ingilterra fil-fażi ta' kwalifikazzjoni. Fil-fażi finali, fi grupp li kien jikkonsisti mill-Arġentina, l-Italja u Ħaiti, huma spiċċaw b'punti massimi. B'dan ir-riżultat, l-Italja kienu eliminati. FIt-tieni fażi tal-gruppi, il-Polonja rebħu l-ewwel żewġ logħbiet kontra l-Iżvezja u l-Jugożlavja, imma tilfu l-aħħar waħda kontra l-Ġermanja tal-Punent, li kienu qed jospitaw dik l-edizzjoni. Bit-tieni post fil-grupp il-Polonja lagħbu l-finali għat-tielet post li rebħu kontra l-Brażil, b'gowl tal-aqwa skorer tat-turnew Grzegorz Lato, awtur ta' seba' gowls.

Il-parteċipazzjoni ta' wara kienet fit-Tazza tad-Dinja tal-1978 u kkwalifikaw għaliha fuq il-Portugall li tilfu l-ewwel parteċipazzjoni tagħhom fi tnax-il sena. Fl-ewwel logħba ġew dro kontra l-Ġermanja u mbagħad rebħu lit-Tuneżija u lill-Messiku. Fit-tieni fażi tal-gruppi ġew impoġġijin ma' tliet timijiet Sud-Amerikani: l-Arġentina, il-Brażil u l-Perù. Huma spiċċaw it-tielet fil-klassifika wara żewġ telfiet (kontra l-Arġentina u l-Brażil) u telfa.

Fid-29 ta' Novembru 1980, inqala' argument bejn il-plejers u l-istaff tekniku f'lukanda f'Varsavja meta kienu qed jippreparaw biex itiru lejn l-Italja għal logħba internazzjoni kontra Malta. Wara dan l-inċident, diversi plejers tat-tim nazzjonali Pollakk ġew sospiżi mit-tim u Ryszard Kulesza tefa' r-riżenzja tiegħu.[2] Għat-Tazza tad-Dinja tal-1982, il-Polonja ġew raggruppati mal-Italja, il-Kamerun u l-Perù. Wara żewġ dros konsekuttivi mal-Italja u l-Kamerun, il-Polonja rebħu l-aħħar logħba 5–1 li poġġiethom fl-ewwel post tal-grupp.[3] Fl-ewwel logħba tat-tieni rawnd, huma għelbu lill-Belġju 3–0 bi tripletta ta' Zbigniew Boniek li kellu jitlef il-logħba ta' wara kontra l-Unjoni Sovjetika minħabba sospensjoni kawża ta' karta safra. Il-Polonja xorta għamluha bħala l-aqwa fil-grupp, però kellhom ibaxxu rashom lill-Italja li fis-semifinali rebħulhom 2–0 biex għal darb'oħra l-ħolma ta' finali tat-Tazza tad-Dinja sfumat. Huma assiguraw it-tielet post b'rebħa ta' 3–2 kontra Franza, b'din il-logħba tibqa' magħrufa bħala t-tmiem tal-era tad-deheb tal-Polonja".[4]

Wara l-prestazzjonijiet konvinċenti fis-snin sebgħin u tmenin, il-Polonja fallew milli jikkwalifikaw għal tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja bejn l-1990 u l-1998 kif ukoll għall-fażijiet finali tal-Kampjonati Ewropej. Wara nuqqas ta' sbatax-il sena, il-Polonja reġgħu rritornaw lura f'kompetizzjoni internazzjonali meta kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2002 wara li r-rebħu l-grupp tagħhom quddiem l-Ukrajna, b'rendiment ta' sitt rebħiet, tliet dros u telfa waħda.[5] Madanakollu, fil-fażi finali ġew eliminati wara biss żewġ logħbiet meta tilfu kontra l-Korea t'Isfel u l-Portugall, bir-rebħa fl-aħħar logħba kontra l-Istati Uniti ma sservi għal xejn.[6] Fl-edizzjoni suċċessiva tal-2006 li saret fil-Ġermanja, il-Polonja għal darb'oħra ddiżappuntaw meta minkejja li kkwalifikaw bħala t-tieni mill-grupp,[7] fil-fażi finali tilfu żewġ logħbiet u rebħu waħda biex spiċċaw it-tielet fil-grupp.

Wara fażi ta' kwalifikazzjoni impressjonati għall-Kampjonati Ewropej tal-2008 li rathom jispiċċaw quddiem il-Portugall, il-Polonja għamluha għall-ewwel darba f'fażi finali tal-Kampjonati Ewropej. Taħt il-gwida tan-Netherlandiż Leo Beenhakker, it-tim wera logħob tajjeb waqt il-kwalifikazzjoni, però fit-turnew li sar fl-Awstrija u l-Iżvizzera reġgħu ddeludew. Impoġġijin fi grupp magħmull mill-Ġermanja, il-Kroazja u l-Awstrija, huma kisbu punt wieħed biss fi dro ta' 1–1 kontra l-Awstrijaċi.[8]

Dejjem taħt it-tmexxija ta' Beenhakker, il-Polonja daħlet għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2010 fi grupp ibbilanċjat però mhux impossibli. Minkejja dan, ir-rendiment tat-tim ma kienx kostanti u wara numru ta' telfiet u dros il-kowċ Beenhakker ġie mneħħi u postu ħadu Stefan Majewski li ma rnexxielux jgħin fir-rimonta. Il-Polonja spiċċaw it-tielet fil-grupp u fallew li jagħmluha għall-fażi finali. Matul din il-fażi ta' kwalifikazzjoni, nhar l-1 ta' April 2009, waslet l-ikbar rebħa fl-istorja tat-tim meta rebħu 10–0 lil San Marino.[9]

Thumb
Robert Lewandowski jiċċelebra ma' sħabu wara l-gowl kontra l-Greċja fil-Kampjonati Ewropej tal-2012

Fit-18 ta' April 2007, f'Cardiff, il-Polonja u l-Ukrajna ġew magħżula biex jorganizzaw il-Kampjonati Ewropej tal-2012. Din kellha tkun it-tielet darba fl-istorja li aktar minn pajjiż wieħed ospita edizzjoni tal-kompetizzjoni. Għal dan l-avveniment ġew mibnija impjanti ġodda, fosthom Stadion Narodowy ta' Varsavja li fih intlagħbet il-logħba tal-ftuħ. Fl-ewwel logħba kontra l-Greċja, il-Polonja skorjat l-ewwel gowl li ġab il-firma ta' Robert Lewandowski, però l-Griegi sabu l-gowl tad-dro. Il-logħba ta' wara wkoll intemmet fi dro kontra r-Russja bil-Pollakki jiskorjaw minn Jakub Błaszczykowski. L-avventura tal-Polonja li jagħmluha għar-rawnd suċċessiv sfumat fl-aħħar logħba meta tilfu 1–0 kontra r-Repubblika Ċeka.[10]

Remove ads

Rekords tal-plejers

Aġġornati sal-14 ta' Ġunju 2022.[11]

L-aktar preżenzi

Thumb
Robert Lewandowski huwa l-aqwa skorer u l-plejer bl-aktar dehriet għall-Polonja.
More information Poż., Plejer ...

L-aktar gowls

More information Poż., Plejer ...
Remove ads

Unuri

Interkontinentali
  • Midalja tad-deheb fil-Logħob Olimpiku: 1972
  • Midalja tal-fidda fil-Logħob Olimpiku: 1976, 1992

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads