Tranquillo Barnetta

From Wikipedia, the free encyclopedia

Tranquillo Barnetta
Remove ads

Tranquillo Barnetta (twieled fit-22 ta' Mejju 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Żvizzeru li kien jilgħab bħala midfilder.

Quick Facts Informazzjoni personali, Twelid ...

Minkejja li għandu oriġini Taljani (il-ġenituri tiegħu ġejjin mill-provinċja ta' Bergamo), minn dejjem kien joqgħod l-Iżvizzera.[1]

Remove ads

Karriera

Klabb

Barnetta beda l-karriera tiegħu mal-klabb lokali ta' St. Gallen, u nxtara f'Jannar tal-2004 mill-klabb Ġermaniż ta' Bayer Leverkusen. Fl-ewwel staġun fil-Ġermanja, ġie msellef lil Hannover 96, u rritorna lura f'Marzu tal-2005. Il-perjodu ma' dan il-klabb kien wieħed sfortunat hekk kif sofra minn problemi fil-ligamenti waqt logħba internazzjonali kontra l-Iżrael, li ħallietu sitt xhur barra mill-azzjoni.

Wara prestazzjonijiet konviċenti matul it-Tazza tad-Dinja li saret il-Ġermanja, Barnetta sar regulari fl-iskwadra ta' Bayer. Matul is-sajf 2009 kien hemm xniegħat li seta' jitlaq jitlaq minn ma' Bayer speċjalment bil-wasla ta' Toni Kroos taħt self. Madanakollu, matul l-istaġun 2009–10 reġa' kiseb il-forma tiegħu u kkontribwixxu mhux ftit għal perjodu imbatibbli tat-tim fl-ewwel nofs tal-istaġun.

Internazzjonali

Barnetta ġie msejjaħ fost l-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej 2004 imma ma lagħab l-ebda logħba. Matul it-Tazza tad-Dinja 2006, hu skorja t-tieni gowl tal-Iżvizzera fil-konfront mirbuħ kontra t-Togo, però falla penalty waqt l-għoti tal-penalties kontra l-Ukrajna li spiċċaw 3–0 favur dawn tal-aħħar u suċċessivament fisser eliminazzjoni għat-tim Żvizzeru. Hu kien parteċipi fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, fejn pajjiżu għaddew għall-fażi finali bħala l-ewwel mill-grupp.

Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads