Mario Balotelli

plejer tal-futbol Taljan From Wikipedia, the free encyclopedia

Mario Balotelli
Remove ads

Mario Barwuah Balotelli (twieled fit-12 ta' Awwissu 1990) huwa plejer tal-futbol Taljan li jilgħab bħala attakkant ma' Adana Demirspor.

Quick facts Informazzjoni personali, Isem sħiħ ...

Huwa beda l-karriera tiegħu tal-futbol professjonali ma' Lumezzane u lagħab għall-ewwel tim darbtejn qabel ma kellhu prova mingħajr suċċess ma' Barcelona,[4] u sussegwentement issieħeb ma Inter fl-2007. Hu ngħaqad ma' Manchester City f'Awwissu 2010, fejn il-prestazzjonijiet tiegħu u l-attivitajiet barra mill-grawnd komplew ikunu enigmatiċi u imprevedibbli. B'hekk hu ġie mlaqqam Super Mario,[5] huwa kiseb l-ewwel dehra tiegħu għat-Tim nazzjonali Taljan fl-10 ta' Awwissu 2010 f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Kosta tal-Avorju.

Remove ads

Bijografija

Mario Balotelli twieled ġewwa Palermo, Sqallija, minn ġenituri Ganiżi Kristjani Thomas u Rose Barwuah. Il-familja imxiet għal Bagnolo Mella fil-Provinċja ta' Brescia, Lombardija, ftit wara li twieled.[6] Bħala tarbija, kellu theddida għall-ħajja ta' kumplikazzjonijiet mal-imsaren tiegħu li wasslu għal serje ta' operazzjonijiet, għalkemm il-kundizzjoni tiegħu tjiebu mill-1992. Il-problemi tas-saħħa ta' Mario u l-kundizzjonijiet tal-familja li jgħixu skomdi tfisser Barwuahs iddeċiedew li jistaqsu għall-għajnuna tas-servizzi soċjali li rrakkomandati li jiġu mrawma.[6]

Fl-1993, il-familja Barwuah qablu li jafdew it-tifel ta' 3 snin lil familja tar-rispett Taljana, il-Balotellis. Għall-ewwel, huwa baqgħa mal-Balotellis matul il-ġimgħat, u jmur lura mal-ġenituri bijoloġiċi tiegħu fl-aħħar tal-ġimgħa, iżda wara filwaqt li kienu rranġati għalih b'mod permanenti rawmu lill-Balotellis.[7] Ġenituri tat-trawwem tiegħu, Silvia u Francesco Balotelli, li għandhom wirt Lhudi,[8][9] huwa għex f'dar kbira fir-raħal sinjur ta' Concesio, Brescia.[6] Meta Mario Balotelli sar famuż, il-ġenituri bijoloġiċi tiegħu talbu għar-ritorn tiegħu. Huwa aktar tard akkużhom "kaċċa glorjuża", li stqarr li huma biss riedu lilu lura minħabba l-prominenza li kiseb.[10] Skont il-Liġi 91 tal-5 ta' Frar 1992,[11] Balotelli kellu jistenna biex jagħlaq it-18-il sena' biex jitlob iċ-ċittadinanza Taljana, hekk kif il-Balotellis ma kienx adottawh. Balotelli kiseb iċ-ċittadinanza uffiċjalment minn Concesio fit-13 ta' Awwissu 2008.[12] Wara ċ-ċerimonja huwa rrilaxxa d-dikjarazzjoni li ġejja:

Jien Taljan, Jien inħossni Taljan, Jien dejjem se nilgħab mat-Tim Nazzjonali Taljan.

Mario Balotelli[13]

Mario għandu tliet aħwa bijoloġiċi: Abigail, Enoch u Angel Barwuah.[14] Enoch Barwuah, sentejn iżgħar minn Balotelli, kellu mat-Ingliż tal-Premier League Stoke City f'Diċembru 2011.[15] u Sunderland f'Jannar 2012,[16] qabel ma ffirma ma' Salford City fis-16 ta' Novembru 2012.[17]

Remove ads

Stil ta' logħob

B'aġilità, rapidu u qawwi,[18] Balotelli huwa kreditat mal-pass, qawwa, u l-kapaċità teknika, iżda kkritikat għal attitudni perċepita fqira u immatura fi żminijiet.[19] Bħala rikonoxximent ta' talent tiegħu, huwa spiss sar imlaqqam "Super Mario" mill-midja – ispirati mill-logħba tan-Nintendo.[20] Balotelli huwa wkoll speċjalist tal-free kicks minħabba x-xutt qawwi tiegħu, u huwa meqjus bħala attur promettenti minn sħabu tat-tim u l-midja, iżda indixxiplinat.[21] Huwa meqjus bħala wieħed mill-aħjar plejers tad-dinja biex jagħti penalti, ħsieb appoġġjat mill-eks gowler tiegħu Joe Hart. Balotelli qatt ma falla penalti kompetittiv minn meta ssieħeb ma' Manchester City.[22]

F'sentejn ma Manchester City, huwa rċieva erba' karti ħomor – kontra l-West Bromwich Albion (Novembru 2010), Dynamo Kyiv (Marzu 2011), Liverpool (Novembru 2011) u Arsenal (April 2012). Huwa wkoll f'dan il-ħin serva sospensjonijiet għal inċidenti oħra bħall-timbru suppost fuq Scott Parker.[23] Balotelli huwa famuż għall-faċilment mħajjar li jikkommetti ruħu għal fawls li mhumiex meħtieġa u aktar spiss milli le jagħti fawls bla bżonn li jwassluh għal karti ħomor.[24]

Remove ads

Statistika

Klabb

Mis-17 ta' Marzu 2013[25]

More information Klabb, Staġun ...
1 Inkluda l-Coppa Italia u l-FA Cup.
2 Inkluda l-UEFA Champions League u l-UEFA Europe League.
3 Inkluda s-Supercoppa Italiana, UEFA Super Cup u l-FA Community Shield.

Internazzjonali

Mis-26 ta' Marzu 2013.

More information Tim nazzjonali, Sena ...


Gowls internazzjonali

Punteġġi u r-riżultati tal-Italja qedgħin fil-lista xellugija.
More information #, Data ...
Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads