UEFA Europa League 2009–10

From Wikipedia, the free encyclopedia

Remove ads

Il-UEFA Europa League 2009–10 kienet l-ewwel staġun mill-UEFA Europa League, il-kompetizzjoni li preċedentament kienet magħrufha bħala t-Tazza UEFA, li kienet ilha ssir għal 39 sena.[1]

Quick Facts Dettalji tal-kompetizzjoni, Dati ...

It-tim Spanjol ta' Atlético Madrid rebħu din il-kompetizzjoni meta fil-finali għelbu lit-tim Ingliż ta' Fulham – li kienu qed jilgħabu l-ewwel finali Ewropea tagħhom – ġewwa l-HSH Nordbank Arena, il-grawnd tal-klabb ta' Hamburger SV, ġewwa Amburgu, fil-Ġermanja.[2]

Remove ads

Fażi ta' kwalifikazzjoni

L-ewwel rawnd ta' kwalifika

It-tlugħ tal-poloz, li ġiet immexxiha mill-President tal-UEFA Michel Platini u s-Segretarju Ġenerali David Taylor, għall-ewwel u t-tieni rawnds ta' kwalifika saru t-Tnejn, 22 ta' Ġunju 2009 f'Nyon, l-Iżvizzera. L-ewwel sett ta' partiti saru fl-1 u fit-2 ta' Lulju, waqt li t-tieni legs tal-partiti ntlagħbu fid-9 ta' Lulju 2009.

More information Tim #1, Agg. ...
Noti
  • Nota 1: Oriġinarjament, MTZ-RIPO, Vėtra, Rosenborg, Rudar Velenje, Široki Brijeg u The New Saints kellhom jilgħabu l-ewwel partita tagħhom ġewwa darhom, imma l-konfronti tagħhom ġew maqluba u lagħbu t-tieni partita ġewwa darhom minflok.

It-tieni rawnd ta' kwalifika

L-ewwel sett ta' konfronti saru fis-16 ta' Lulju (tnejn minnhom jintlagħbu fl-14 ta' Lulju), bit-tieni legs isirru fit-23 ta' Lulju 2009.

Iż-żewġ legs bejn Bnei Yehuda u Dinaburg, u bejn Rapid Wien u Vllaznia jinsabu taħt inkjesta mill-UEFA u awtoritajiet Ġermaniżi fuq każijiet ta' korruzzjoni.[3]

More information Tim #1, Agg. ...
Noti
  • Nota 2: Oriġinarjament, Paços de Ferreira, Polonia Warsaw kellhom jilgħabu l-ewwel partita tagħhom ġewwa darhom, imma l-konfronti tagħhom ġew maqluba u lagħbu t-tieni partita ġewwa darhom minflok.
  • Nota 3: Il-partita tinsab taħt investigazzjoni mill-UEFA minħabba possibilità ta' korruzzjoni fit-tieni leg.

It-tielet rawnd ta' kwalifika

L-ewwel sett ta' partiti ntlagħbu fit-30 ta' Lulju (waħda minnhom saret fit-28 ta' Lulju), u t-tieni sett ta' konfronti saru fis-6 ta' Awwissu 2009 (waħda minnhom saret fl-4 ta' Awwissu).

L-ewwel leg bejn Fenerbahçe u Budapest Honvéd, u t-tieni leg bejn Interblock Ljubljana u Metalurh Donetsk attwalment jinsabu taħt inkjesta mill-UEFA u awtoritajiet Ġermaniżi fuq każijiet ta' korruzzjoni.[3]

More information Tim #1, Agg. ...
Noti
  • Nota 4: Oriġinarjament, Sarajevo, Gent, Galatasaray u APOP kellhom jilgħabu l-ewwel partita tagħhom ġewwa darhom, imma l-konfronti tagħhom ġew maqluba u lagħbu t-tieni partita ġewwa darhom minflok.
Remove ads

Fażi play-off

It-tlugħ tal-poloz għar-rawnd ġew immexxiha mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u d-Direttur tal-Kompetizzjonijiet tal-UEFA Giorgio Marchetti, u saru fis-7 ta' Awwissu 2009. Għat-tlugħ tal-poloz, il-klabbs kienu separati f'żewġ gruppi skont il-koeffiċjent rispettiv tal-klabb. L-ewwel legs intlagħbu fl-20 ta' Awwissu, u t-tieni sett ta' konfronti saru fis-27 ta' Awwissu 2009, minbarra l-konfront Shakhtar Donetsk kontra Sivasspor, li tmexxa għall-25 ta' Awwissu minħabba l-parteċipazzjoni ta' Shakhtar fis-Super Cup Ewropea 2009.

More information Tim #1, Agg. ...
Noti
  • Nota 5: Oriġinarjament, Roma, PSV Eindhoven, Shakhtar Donetsk, Sparta Prague, Zenit St. Petersburg u Dynamo Moscow kellhom jilgħabu l-ewwel partita tagħhom ġewwa darhom, imma l-konfronti tagħhom ġew maqluba u lagħbu t-tieni partita ġewwa darhom minflok.
  • Nota 6: Il-partita ġiet abbandunata bl-iskor wieqaf 0–2 fit-88 minuta wara li partitarju ta' Dinamo Bucureşti daħal fil-grawnd u partitarji oħra invadew il-korsa ta' madawr il-grawnd. Il-Bord ta' Kontroll u Dixxiplina tal-UEFA ordna telfa ta' 0–3 kontra Dinamo waqt laqgħa ta' emerġenza li saret fil-25 ta' Awwissu.[4] Wara li avvanzaw lejn il-fażi tal-gruppi, Dinamo ingħataw kastig li kien jinkludi li l-ewwel żewġ partiti ġewwa darhom kellhom jintlagħbu b'bibien magħluqa.
Remove ads

Fażi tal-gruppi

It-tlughħ tal-poloz għall-fażi tal-gruppi saret ġewwa l-Grimaldi Forum f'Monako nhar it-28 ta' Awwissu 2009. Total ta' 48 tim ittellgħu fi tnax-il grupp ta' erbgħa kull wieħed. It-timijiet inqasmu f'erba' urni, skont il-koeffiċjent tal-klabb. Klabbs mill-istess urna jew mill-istess assoċjazzjoni ma jistgħux jiġu fl-istess grupp.

F'kull grupp, kull tim jilgħab kontra t-timijiet l-oħra żewġ partit (waħda ġewwa daru, u l-oħra barra minn daru). Il-ġranet tal-partiti kienu s-17 ta' Settembru, l-1 ta' Ottubru, it-22 ta' Ottubru, il-5 ta' Novembru, it-2 u t-3 ta' Diċembru, u s-16 u s-17 ta' Diċembru 2009. It-timijiet li jispiċċaw fl-ewwel żewġ timijiet javanzaw għall-fażi eliminatorja.

Matul din il-fażi tal-kompetizzjoni, il-partiti kienu jinolvu ħames uffiċċjali preżenti fil-grupp - b'żewġ uffiċċjali żejda sabiex jissorveljaw il-logħob fil-kaxxa tal-penalty bħala parti minn esperiment sanzjonat mill-FIFA.

Kriterji ta' spareġġ

Skont l-Artiklu 7.05 tar-regolamenti tal-UEFA, jekk żewġ timijiet jew aktar jispiċċaw bl-istess ammont ta' punti fi tmiem il-partiti tal-fażi tal-gruppi, il-kriterji segwenti jiġu applikati biex jiġi determinat il-klassifika finali:

  1. l-akbar numru ta' punti miksuba fil-fażi tal-gruppi kontra t-timijiet fil-kwistjoni;
  2. l-akbar differenza ta' gowls miksuba fil-fażi tal-gruppi kontra t-timijiet fil-kwistjoni;
  3. l-akbar numru ta' gowls skurjati barra mid-dar fil-fażi tal-gruppi kontra t-timijiet fil-kwistjoni;
  4. l-akbar differenza ta' gowls fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
  5. numru ikbar ta' gowls skurjati;
  6. numru ikbar ta' punti ta' koeffiċjenti akkumulati mit-tim fil-kwistjoni, kif ukoll mill-assoċjazzjoni rispettiva, matul il-ħames staġuni ta' qabel.
More information Leġġenda ...

Grupp A

More information Tim, L ...
Noti
  • Nota 7: Fid-29 ta' Ottubru 2009, il-Bord ta' Dixxiplina u Kontroll tal-UEFA iddeċieda li Dinamo Zagreb kellhom jilgħabu ż-żewġ partiti segwenti ġewwa darhom mill-Europa League bi grawnd magħluq wara l-azzjonijiet li seħħew mill-partitarji tagħhom fil-partita kontra f'Timişoara. Ġew imnaqqsa wkoll tliet punti min-numru ta' punti tal-klabb Kroat fi Grupp A.[5] Il-klabb appella mid-deċiżjoni, imma l-appell ma nstemgħax qabel l-ewwel partita b'bibien magħluqa kontra Ajax. Wara li l-appell instema', il-UEFA issostwixxiet it-tnaqqisa ta' tliet punti ma' multa ta' €75,000, u sentenza sospiża ta' tliet snin 'il barra mill-kompetizzjonijiet tal-UEFA, waqt li ma nbidlitx is-sentenza rigward il-grawnd magħluq għal żewġ logħbiet.[6]

Grupp B

More information Tim, L ...

Grupp Ċ

More information Tim, L ...

Grupp D

More information Tim, L ...

Grupp E

More information Tim, L ...

Grupp F

More information Tim, L ...

Grupp Ġ

More information Tim, L ...

Grupp Ħ

More information Tim, L ...

Grupp I

More information Tim, L ...

Grupp J

More information Tim, L ...

Grupp K

More information Tim, L ...

Grupp L

More information Tim, L ...
Remove ads

Fażi eliminatorja

Fil-fażi eliminatorja, timijiet jilgħabu żewġ partiti kontra xulxin (abbażi ta' partiti ġewwa u barra minn darhom), minbarra l-finali li tintlagħab f'konfront wieħed.

It-tlugħ tal-poloz għar-rawnds ta' L-Aħħar 32 u L-Aħħar 16 saru fit-18 ta' Diċembru, kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA Gianni Infantino u d-Direttur tal-Kompetizzjonijiet tal-UEFA Giorgio Marchetti.[7] Fir-rawnd ta' L-Aħħar Tlieta u Għoxrin, ir-rebbieħa tal-gruppi u l-aqwa erba' timijiet li kklassifikaw fit-tielet post fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League, li kellhom jilgħabu t-tieni leg ġewwa darhom, ittellgħu kontra t-tieni klassifikati tal-gruppi u l-erba' timijiet l-oħra li temmew l-avventura tagħhom fiċ-Champions League fit-tielet post (fil-fażi tal-gruppi), bir-restrizzjoni li timijiet mill-istess grupp jew mill-istess assoċjazzjoni ma jistgħux jilgħabu kontra xulxin. Fir-rawnd ta' L-Aħħar Sittax, ma kien hemm l-ebda preferenzi, u timijiet mill-istess grupp jew mill-istess assoċjazzjoni setgħu ġew kontra xulxin.

Il-poloz għall-kwarti tal-finali, is-semifinali, u l-finali (biex jiġi determinat it-tim "ġewwa daru") ittellgħu fid-19 ta' Marzu 2010, kondotti mid-Direttur tal-Kompetizzjonijiet tal-UEFA Giorgio Marchetti u l-ambaxxatur tal-finali ta' Amburgu, Uwe Seeler.[8] L-istess bħar-rawnd ta' L-Aħħar Sittax, ma kien hemm l-ebda preferenzi, u timijiet mill-istess grupp jew mill-istess assoċjazzjoni setgħu ġew kontra xulxin.

L-Aħħar 32

L-ewwel legs intlagħbu fit-18 ta' Frar (il-konfront ġewwa darhom ta' Everton intlagħab fis-16 ta' Frar biex jiġi evitat li jkun hemm partita fl-istess ġurnata ma' dik ta' Liverpool), u t-tieni legs ħadu posthom fil-25 ta' Frar 2010 (il-konfront ġewwa darhom ta' Benfica intlagħab fit-23 ta' Frar biex jiġi evitat li jkun hemm partita fl-istess ġurnata ma' dik ta' Sporting CP).

More information Tim #1, Agg. ...

L-Aħħar 16

L-ewwel legs intlagħbu fil-11 ta' Marzu, u t-tieni sett ta' partiti saru fit-18 ta' Marzu 2010.

More information Tim #1, Agg. ...

Kwarti tal-finali

L-ewwel legs intlagħbu fl-1 ta' April, u t-tieni sett ta' partiti saru fit-8 ta' April 2010.

More information Tim #1, Agg. ...

Semifinali

L-ewwel legs intlagħbu fit-22 ta' April, u t-tieni sett ta' partiti ntlagħbu fid-29 ta' April 2010.

More information Tim #1, Agg. ...

Finali

Il-finali tal-edizzjoni 2009–10 tal-UEFA Europa League intlagħbet ġewwa l-HSH Nordbank Arena f'Amburgu, il-Ġermanja, fit-12 ta' Mejju 2010. Din kienet it-tieni darba li dan il-grawnd ospita finali tal-UEFA, bil-finali l-oħra tkun dik fl-1982.

More information Atlético Madrid, 2 – 1 (ħ.s.) ...
Remove ads

L-aqwa skorers

L-aqwa skorers tal-UEFA Europa League 2009–10 (esklużi r-rawnd preliminarju u dik tal-play-off) huma dawn il-plejers segwenti:

More information Poż., Isem ...
Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads