Giuseppe Calì
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Giuseppe Calì (twieled il-Belt Valletta fl-14 ta' Awwissu 1846 - miet fil-Belt Valletta fl-1 ta' Marzu 1930) kien pittur Malti ta' nisel Naplitan ta' bejn is-sekli 19 u 20, li pitter ħafna pitturi reliġjużi fil-knejjes ta' Malta u Għawdex.
Remove ads
Bijografija
Giuseppe kien iben Raffaele, xenografu fit-Teatru Rjal[1], u Giovanna Padiglione li kienet mezzosopran.[2] Il-ġenituri tiegħu kienu t-tnejn Naplitani. Ġie mgħammed fil-Knisja ta' Portu Salvu l-Belt Valletta. Fost familtu kien hemm ukoll żewġ artisti li setgħu wasslu sabiex Calì jrawwem fih imħabba lejn l-arti. Fl-1871 iżżewweġ lil Perennia Pace, mill-Isla, u kellu għaxart itfal, fosthom Ramiro Calì li kien ukoll pittur.
Sa minn età żgħira, Calì kien wera potenzjal u talent kbir. Ta' sbatax-il sena mar jistudja l-arti taħt in-Neoklassiku Giuseppe Mancinelli fl-Accademia delle Belle Arti f'Napli.
L-akbar xogħlijiet tiegħu li għadhom meqjusa bħala fost l-aqwa kapulavuri tiegħu huma Il-Mewt ta' Dragut (1867) fil-Mużew tal-Arti[3], il-Belt Valletta, u dik ta' San Ġlormu (1881) li tinstab fil-Knisja tas-Sacro Cuor f'Tas-Sliema.[4]

Calì kien għamel impatt immedjat fuq is-soċjetà Maltija ta' dak iż-żmien u ismu kien sar magħruf sew. Kien magħruf għat-tpittir tar-ritratti. Beda jaħdem fuq ħafna xogħol kummissjonat għal tiżjin ta' djar privati, veduti, kif ukoll ritratti ta' suġġetti Maltin. L-ewwel xogħol b'tema reliġjuża ta' Calì kienet il-pittura intitolata Il-Verġni tar-Rużarju li kienet maħduma għall-knisja parrokjali tal-Mosta. Numru kbir ta' knejjes f'Malta jagħtu xhieda tas-sengħa u l-versatilità ta' dan il-pittur prolifiku. Kien ukoll il-fundatur tal-iskola moderna tal-arti Maltija.[5][6]
Il-kapaċità u l-virtwożitá ta' Calì jidhru sew fil-pittura titulari ta' San Duminku għall-knisja parrokjali tal-Belt Valletta ddedikata lill-Madonna ta' Porto Salvo, Il-Profeti; fil-knisja tal-Mosta, ir-ritratti tan-negozjant Agostino Cassar Torregini u l-maġistrat Carbone; It-Tre Rome u Natività fil-parroċċa ta' Ħal Luqa. L-Apoteosi ta' San Franġisk fil-knisja ta' San Franġisk fil-Belt Valletta hija ukoll xhieda tal-virtwożità kbira ta' dan il-pittur. Hemm għajdut li kien magħruf bħala "ix-xitan tal-pinzell", għall-ħeffa u l-kilba li kellu għax-xogħol. Barra li kien pittur, kien ukoll skultur, minjaturista u kif ukoll ritrattista.[7]
Giuseppe Calì miet il-Belt Valletta fl-1 ta' Marzu 1930, fl-eta ta' 84 sena. Huwa ġie kommemorat mir-Repubblika ta' Malta b'sett ta' erba' bolol fl-1996, u b'munita fl-2004.
Remove ads
Uħud mix-xogħlijiet ta' Calì fil-knejjes Maltin

L-isem ta' Giuseppe Calì hu isem marbut mal-knejjes Maltin. Uħud mix-xogħlijiet tiegħu jinkludu:
Il-Belt Valletta
- Il-Mewt ta' Dragut, ikkunsidrata bħala l-aqwa xogħol tiegħu, fil-Mużew tal-Arti, il-Belt Valletta, 1867.
- Pittura titulari ta' San Duminku, il-Knisja Parrokkjali ta' Porto Salvo, il-Belt Valletta.
- Koppla tal-Knisja Parrokkjali ta' Porto Salvo, il-Belt Valletta.
- Apoteosi ta' San Franġisk, il-Knisja Parrokkjali ta' San Franġisk, il-Belt Valletta.
- San Lawrenz u San Stiefnu, il-Knisja Parrokkjali ta' San Pawl, il-Belt Valletta.
Birkirkara
- Pitturi fl-apside ewlenija, fl-apside tal-kappella minuri u fil-Kappella ta' San Ġużepp, u fil-Bażilika ta' Sant'Elena.
Bormla
- David, Eżekjel, Mosè u Isaija, il-Koppla tal-Knisja Parrokkjali ta' Bormla.
- Kristu s-Samaritan, il-Knisja Parrokkjali ta' Bormla.
Il-Furjana
- Is-Saqaf tal-Knisja Parrokkjali tal-Furjana.
- Ritratt tal-Kardinal Logue, il-Knisja Parrokkjali tal-Furjana.
Ħal Balzan
- Id-Doni tal-Ispirtu s-Santu, il-Koppla u Pittura tal-Madonna tar-Ruzarju, il-Knisja Parrokjali Marija Annunzjata f'Ħal Balzan.

Ħal Lija
- In-Nativita, il-Koppla tal-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Lija.
- Kristu mdawwar bit-tfal, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Lija.
- Is-Salib Imqaddes, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Lija.
Ħal Luqa
- Tre Rome u Natività, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Luqa.
- Il-Madonna tar-Rużarju, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Luqa.
- Santa Katerina, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Luqa.
Ħal Qormi
- San Ġorġ fil-Glorja, il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġorġ, Ħal Qormi.
Ħal Tarxien
- L-Adorazzjoni tal-Maġi, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Tarxien.
- San Franġisk ta' Paola, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Tarxien.
- Id-Duluri, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal-Tarxien.
- Il-Ħarba lejn l-Egittu, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Tarxien.
- San Vinċenz Ferreri, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Tarxien.
Il-Ħamrun

- San Ġużepp u l-Bambin, il-Knisja Parrokkjali tal-Ħamrun.
- Il-Madonna tal-Karmnu, il-Knisja Parrokkjali tal-Ħamrun.
- Il-Madonna tad-Duttrina, il-Knisja Parrokkjali tal-Ħamrun.
L-Isla
- Il-Martirju ta' San Dimitri, il-Bażilika tal-Isla.
Il-Kalkara
- Ir-Ragħaj it-Tajjeb, il-Kappella Anglikana, Bighi.
- San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali, il-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara.
Marsaxlokk
- San Ġużepp, il-Knisja Parrokkjali ta' Marsaxlokk.
- San Vinċenz Ferreri, il-Knisja Parrokkjali ta' Marsaxlokk.
Il-Mellieħa
- Il-Madonna tal-Vitorja, il-Pittura Titulari tal-Knisja tal-Mellieħa.
Il-Mosta

- Il-Madonna tar-Rużarju, il-Bażilika tal-Mosta.
- Il-Mewt ta' Santu Wistin, il-Bażilika tal-Mosta.
L-Imqabba
- Il-Madonna tar-Ruzarju, il-Knisja Parrokjali tal-Imqabba.
Il-Qrendi
- Kwadru titulari ta' Santa Marija, il-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi.
Tas-Sliema
- Pittura titulari ta' San Ġlormu u San Lawrenz, il-Knisja Parrokkjali tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema, 1881.
Iż-Żurrieq
- Il-Madonna tad-Duttrina, l-Oratorju tal-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq.
Għawdex
- Il-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù, il-Knisja tal-Fontana.
- Sant'Andrija, il-Knisja l-Qadima ta' Għajnsielem.
- Il-Familja Mqaddsa, il-Bażilika ta' San Ġorġ, ir-Rabat.
- Il-Glorja ta' San Lawrenz, il-Knisja Parrokkjali ta' San Lawrenz, San Lawrenz (Għawdex), 1889.
- Our Lady of the Rosary (Għajnsielem)
- Nativity (Għajnsielem)
- Assumption of Mary (Għajnsielem)
- 'Il-Familja Mqaddsa, Bażilika ta' San Ġorġ, ir-Rabat
- San Lawrenz
Remove ads
Uħud mix-xogħlijiet ta' Calì f'kollezzjonijiet privati u postijiet oħra

- 1906, Il-Pjagi ta' San Franġisk, għand id-dixxendenti ta' Ġużeppi Cauchi.
- għall-ħabta tal-1912, Ciclo, affreski, fil-Palazz Verdala, is-Siġġiewi.
- L-Erba' Staġuni, fid-daħla tal-Alhambra, f'Rudolph Street, Tas-Sliema.
- Ritratt tal-merkant Agostino Cassar Torregiani.
- Ritratt tal-Maġistrat Carbone.
- Ritratt tal-Prim Imħallef Sir Adrian Dingli.
- Ritratt tar-Rettur tal-Università Napuljun Tagliaferro.
- Ritratt tal-Papa Piju IX.
- Ritratt tal-Maġistrat Paolo Debono.
- Ritratt tal-Konti u l-Kontessa Messina.
- Ritratt ta' Lord u Lady Strickland.
- Ritratt tal-Kardinal Lavigerie.
- Ritratt tal-Gvernatur Richard More O'Ferrall, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta.
- Ritratt tal-Markiż Emmanuel Scicluna, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta.
- Ritratt ta' Giovanni Battista Schembri, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta.
- Ritratt ta' Achille Camilleri, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta.
- Ritratt ta' Edward V. Ferro, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta.
- Ritratt ta' Sir Victor Houlton, is-Segretarju Ewlieni tal-Gvern, il-Palazz Sant'Anton, Ħ'Attard.
Biblijografija
- Fiorentino, Emmanuel; Grasso, Louis A. (1991). Giuseppe Calì: 1846-1930 (bl-Ingliż). Said International. ISBN 978-1871684858.
- Dominic Cutajar, "The 19th Cent. Realism of Giuseppe Calì (1846-1930) - an artistic sway that lasted 50 years", in: Giuseppe Calì, edit. Edwin A. Camilleri, Malta, 1991.
- E. Fiorentino, "Maltese art astride two centuries (1860-1921)" in V. Malta Milanes 9ed., The British Colonial Experience 1800-1964, pub, Mireva Publications, Malta, 1988, pp. 263-265.
- R. Bonnici Calì, Giuseppe Calì Centenary Exhibition 1846-1946, Malta, 1946, p. 18.
- P. Ilario Dimech OFM, Le Pitture di Giuseppe Calì nelle Chiese dei Frati Minori Conventuali a Malta, Malta, 1940, pp. 27-30.
Remove ads
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads