Rembrandt

pittur u inċiżur Olandiż (1606-1669) From Wikipedia, the free encyclopedia

Rembrandt
Remove ads

Rembrandt Harmenszoon van Rijn (/ˈrɛmbrænt, ˈrɛmbrɑːnt/[1], pronunzja bl-Olandiż: [ˈrɛmbrɑnt ˈɦɑrmə(n)ˌsoːɱ vɑn ˈrɛin]; twieled fil-15 ta' Lulju 1606[2] – miet fl-4 ta' Ottubru 1669), normalment magħruf sempliċement bħala Rembrandt, kien pittur, litografu u disinjatur Olandiż tal-Epoka tad-Deheb Olandiża. Huwa kien innovattiv u prolifiku bi tliet mezzi. Ġeneralment huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-ikbar artisti viżivi fl-istorja tal-arti u l-iżjed importanti fl-istorja tal-arti Olandiża.

Quick Facts Ħajja, Isem propju ...

Għad-differenza tal-biċċa l-kbira tal-artisti importanti Olandiżi tas-seklu 17, ix-xogħlijiet ta' Rembrandt saru b'firxa wiesgħa ta' stili u ta' suġġetti, minn ritratti u awtoritratti għal pajsaġġi, xenarji b'tema, xenarji allegoriċi u storiċi, temi Bibbliċi u mitoloġiċi, u l-istudji dwar l-annimali. Il-kontributi tiegħu lill-arti waslu f'perjodu ta' ġid kbir u ta' kisbiet kulturali li l-istoriċi jsejħu l-Era tad-Deheb Olandiża, meta l-arti Olandiża (speċjalment il-pittura Olandiża), filwaqt li kienet antitetika għall-istil Barokk dominanti fl-Ewropa, kienu prolifiċi u innovattivi. Din l-era wasslet għal ġeneri ġodda importanti. Bħal bosta artisti tal-Era tad-Deheb Olandiża, fosthom Jan Vermeer, Rembrandt kien jikkollezzjona u jpartat l-arti b'mod akkanit.[3]

Rembrandt qatt ma siefer, iżda kien influwenzat b'mod konsiderevoli mix-xogħol tal-artisti Taljani u Olandiżi li studjaw fl-Italja, bħal Pieter Lastman, il-Karavaġġisti ta' Utrecht, il-Barokk Fjamming, u Peter Paul Rubens. Wara li kiseb suċċess meta kien żagħżugħ bħala pittur tar-ritratti, iktar 'il quddiem Rembrandt għadda minn traġedji personali u diffikultajiet finanzjarji. Madankollu l-inċiżjonijiet u l-pitturi tiegħu kienu popolari matul ħajtu kollha, ir-reputazzjoni tiegħu bħala artista baqgħet għolja, u għal għoxrin sena huwa għallem lil bosta pitturi Olandiżi importanti.

Ir-ritratti ta' Rembrandt tal-kontemporanji tiegħu, l-awtoritratti u l-illustrazzjonijiet ta' xeni mill-Bibbja jitqiesu bħala l-aqwa trijonfi kreattivi tiegħu. L-awtoritratti tiegħu jiffurmaw awtobijografija intima. L-ewwel kontribut ta' Rembrandt fl-istorja tal-litografija kienet it-trasformazzjoni tiegħu tal-proċess tal-inċiżjoni minn teknika riproduttiva relattivament ġdida għal forma ta' arti. Ir-reputazzjoni tiegħu bħala l-ikbar inċiżur fl-istorja ġiet stabbilita matul ħajtu. Ftit mill-pitturi tiegħu ħarġu mir-Repubblika Olandiża meta kien ħaj, iżda l-litografiji tiegħu ġew iċċirkolati fl-Ewropa kollha, u r-reputazzjoni tiegħu lil hinn min-Netherlands kienet ibbażata inizjalment fuqhom biss.

Fix-xogħlijiet tiegħu, huwa wera għarfien dwar l-ikonografija klassika. It-turija ta' xena Bibblika kienet infurmata mill-għarfien ta' Rembrandt tat-test speċifiku, mill-assimilazzjoni tiegħu tal-kompożizzjoni klassika, u l-osservazzjonijiet tiegħu tal-popolazzjoni Lhudija ta' Amsterdam. Minħabba l-empatija tiegħu għall-kundizzjoni umana, huwa ssejjaħ bħala "wieħed mill-ikbar profeti taċ-ċivilizzazzjoni". L-iskultur Franċiż Auguste Rodin qal, "Tqabbilni ma' Rembrandt! X'sakrileġġ! Ma' Rembrandt, il-monument kolossali tal-arti! Għandna nipprostraw ruħna quddiem Rembrandt u qatt ma nqabblu lil ħadd miegħu!".[4]

Remove ads

Xogħlijiet dwar Rembrandt

Xogħlijiet letterarji (eż. poeżiji u fizzjoni)

  • To the Picture of Rembrandt (poeżija bir-Russu ta' Mikhail Lermontov, 1830)
  • Gaspard de la nuit: Fantaisies à la manière de Rembrandt et de Callot (poeżiji prożastiċi bil-Franċiż ta' Aloysius Bertrand, 1842)
  • Moi, la Putain de Rembrandt (rumanz bil-Franċiż ta' Sylvie Matton, 1998)
  • Van Rijn (rumanz tal-2006 ta' Sarah Emily Miano)
  • I Am Rembrandt's Daughter (rumanz tal-2007 ta' Lynn Cullen)
  • The Rembrandt Affair (rumanz tal-2011 ta' Daniel Silva)
  • The Anatomy Lesson (rumanz tal-2014 ta' Nina Siegal)
  • Rembrandt's Mirror (rumanz tal-2015 ta' Kim Devereux)

Films

  • The Stolen Rembrandt (film tal-1914 dirett minn Leo D. Maloney u J.P. McGowan)
  • The Tragedy of a Great / Die Tragödie eines Großen (film tal-1920 dirett minn Arthur Günsburg)
  • The Missing Rembrandt (film tal-1932 dirett minn Leslie S. Hiscott)
  • Rembrandt (film tal-1936 dirett minn Alexander Korda)
  • Rembrandt (film tal-1940)
  • Rembrandt in de schuilkelder / Rembrandt in the Bunker (film tal-1941 dirett minn Gerard Rutten)
  • Rembrandt (film tal-1942 dirett minn Hans Steinhoff)
  • Rembrandt: A Self-Portrait (dokumentarju tal-1954 ta' Morrie Roizman)
  • Rembrandt, schilder van de mens / Rembrandt, Painter of Man (film tal-1957 dirett minn Bert Haanstra)
  • Rembrandt fecit 1669 (film tal-1977 dirett minn Jos Stelling)
  • Rembrandt: The Public Eye and the Private Gaze (dokumentarju tal-1992 ta' Simon Schama)
  • Rembrandt (film tal-1999 dirett minn Charles Matton)
  • Rembrandt: Fathers & Sons (film tal-1999 dirett minn David Devine)
  • Stealing Rembrandt (film tal-2003 film dirett minn Jannik Johansen u Anders Thomas Jensen)
  • Simon Schama's Power of Art: Rembrandt (sensiela dokumentarju tal-BBC tal-2006 ta' Simon Schama)
  • Nightwatching (film tal-2007 dirett minn Peter Greenaway)
  • Rembrandt's J'Accuse (dokumentarju tal-2008 dirett minn Peter Greenaway)
  • Rembrandt en ik (film tal-2011 dirett minn Marleen Gorris)
  • Schama on Rembrandt: Masterpieces of the Late Years (dokumentarju tal-2014 ta' Simon Schama)
  • Rembrandt: From the National Gallery, London and Rijksmuseum, Amsterdam (dokumentarju tal-2014 ta' Exhibition on Screen)
Remove ads

Għażla ta' xogħlijiet

  • It-Tħaġġir ta' San Stiefnu (1625) – Musée des Beaux-Arts, Lyon, Franza
  • Andromeda bil-Ktajjen mal-Blat (1630) – Mauritshuis, Den Haag, in-Netherlands
  • Jacob de Gheyn III (1632) – Dulwich Picture Gallery, Londra, ir-Renju Unit
  • Filosfu Jimmedita (1632) – Il-Louvre, Pariġi, Franza
  • Il-Lezzjoni tal-Anatomija ta' Dr. Nicolaes Tulp (1632) – Mauritshuis, Den Haag
  • Artemisia (1634) – żejt fuq it-tila, 142 × 152 cm, Museo del Prado, Madrid
  • Tniżżil mis-Salib (1634) – żejt fuq it-tila, 158 × 117 cm, misruqa mil-Landgrave ta' Hesse-Kassel (jew Hesse-Cassel), il-Ġermanja, fl-1806, attwalment fil-Hermitage, San Pietruburgu, ir-Russja
  • Il-Festa ta' Belshazzar (1635) – National Gallery, Londra, ir-Renju Unit
  • L-Iben il-Ħali fit-Taverna (għall-ħabta tal-1635) – żejt fuq it-tila, 161 × 131 cm Gemäldegalerie Alte Meister, Dresden, il-Ġermanja
  • Danaë (1636 – c. 1643) – Hermitage, San Pietruburgu, ir-Russja
  • L-Istudjuż mal-Leġġiju (1641) – il-Kastell Irjali f'Varsavja, il-Polonja
  • It-Tfajla f'Gwarniċ (1641) – il-Kastell Irjali f'Varsavja, il-Polonja
  • L-Għassa ta' Billejl, formalment Il-Kumpanija tal-Milizja tal-Kaptan Frans Banning Cocq (1642) – Rijksmuseum, Amsterdam, in-Netherlands
  • Kristu Jfejjaq il-Morda (inċiżjoni tal-ħabta tal-1643, magħrufa wkoll bħala l-Inċiżjoni tal-Mitt Fjorin), imsemmija hekk għas-somma kbira li tħallset għaliha
  • Boaz u Ruth (1643), magħrufa wkoll bħala Ir-Rabbi x-Xiħ jew Ir-Raġel ix-XiħWoburn Abbey/Gemaldegalerie, Berlin, il-Ġermanja
  • Il-Mitħna (1645/48) – National Gallery of Art, Washington, D.C., l-Istati Uniti
  • Raġel Xiħ b'Katina tad-Deheb (Raġel Xiħ b'Kappell Iswed u b'Gorġiera) (għall-ħabta tal-1631) Art Institute of Chicago, l-Istati Uniti
  • Susanna u l-Anzjani (1647) – żejt fuq panew, 76 × 91 cm, Gemäldegalerie, Berlin, il-Ġermanja
  • Ras Kristu (għall-ħabta tal-1648–56) – The Philadelphia Museum of Art, l-Istati Uniti
  • Aristotli Jikkontempla dwar Bust ta' Omeru (1653) – Metropolitan Museum of Art, New York, l-Istati Uniti
  • Bathsheba fil-Banju Tagħha (1654) – il-Louvre, Pariġi, Franza
  • Kristu Ppreżentat lin-Nies (Ecce Homo) (1655) – Drypoint, Birmingham Museum of Art, ir-Renju Unit
  • Awtoritratt (1658) – il-Kollezzjoni Frick, New York, l-Istati Uniti
  • It-Tliet Slaleb (1660), inċiżjoni
  • Ahasuerus u Haman fil-Festa ta' Ester (1660) – il-Mużew ta' Pushkin, Moska, ir-Russja
  • Il-Konfoffa ta' Claudius Civilis (1661) – Nationalmuseum, Stokkolma (Claudius Civilis mexxa rewwixta kontra r-Rumani) (il-biċċa l-kbira tal-pittura ntilfet, teżisti biss il-parti ċentrali)
  • Ritratt ta' Dirck van Os (1662) – Joslyn Art Museum, Omaha, Nebraska, l-Istati Uniti
  • Fiduċjarji tax-Xirka tal-Bejjiegħa tad-Drappijiet (bl-Olandiż: De Staalmeesters, 1662) – Rijksmuseum, Amsterdam, in-Netherlands
  • Il-Mara Lhudija (1665) – Rijksmuseum, Amsterdam, in-Netherlands
  • Haman quddiem Ester (1665) – il-Mużew Nazzjonali tal-Arti tar-Rumanija, Bukarest, ir-Rumanija[5]
  • L-Iskizz tad-Difna (għall-ħabta tal-1639, maħduma mill-ġdid għall-ħabta tal-1654) – żejt fuq panew tal-ballut, Hunterian Museum and Art Gallery, Glasgow, l-Iskozja, ir-Renju Unit
  • Sawl u David (għall-ħabta tal-1660–1665) – Mauritshuis, Den Haag, in-Netherlands
  • Ritratt ta' Raġel Xiħ (1645) - il-Mużew ta' Calouste Gulbenkian, Liżbona, il-Portugall
  • Pallas Athena (għall-ħabta tal-1657) - il-Mużew ta' Calouste Gulbenkian, Liżbona, il-Portugall
Remove ads

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads