Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002 kienet is-sbatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, miżmum fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun bejn il-31 ta' Mejju u t-30 ta' Ġunju 2002. Din kienet l-ewwel darba li edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja saret f'pajjiż Ażjatiku u l-aħħar darba fejn ġiet implimentata r-regola tal-gowl tad-deheb. Il-Brażil rebaħ il-ħames titlu tiegħu meta fil-finali rebaħ lill-Ġermanja 2–0. Fil-finali għat-tielet u r-raba' post intrebħet mit-Turkija kontra l-Korea t'Isfel bl-iskor ta' 3–2.
Remove ads
Kwalifikazzjoni

Total ta' 199 daħlu fil-fażi ta' kwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2002, liema proċess beda fl-1999. Id-difensuri tat-titlu ta' Franza u l-ospiti tal-Korea t'Isfel u l-Ġappun ikkwalifikaw awtomatikament u ma lagħbu l-ebda logħba għall-kwalifikazzjoni. Din kienet l-aħħar darba li d-detentur tat-titlu ngħata post awtomatiku fil-finali.
Kull konfederazzjoni ngħatat numru ta' postijiet għall-fażi finali. 14-il post ġew kontestati mit-timijiet tal-UEFA (Ewropa), ħamsa mit-timijiet tal-CAF (Afrika), erbgħa mit-timijiet tal-CONMEBOL (Amerika t'Isfel), erbgħa għat-timijiet tal-AFC (Asja), u tlieta għat-timijiet tal-CONCACAF (Amerika ta' Fuq u Ċentrali u l-Karibew). Iż-żewġ postijiet l-oħra ġew deċiżi permezz ta' logħob ta' spareġġ bejn l-AFC u l-UEFA, u l-CONMEBOL u l-OFC (Oċeanja). Għal din l-edizzjoni kkwalifikaw erba' pajjiżi għall-ewwel darba: iċ-Ċina, l-Ekwador, is-Senegal u s-Slovenja.
Din kienet l-ewwel darba li r-rebbieħa preċedenti ta' dan it-titlu kkwalifkaw għall-fażi finali.
UEFA (15-il tim)
CONMEBOL (5 timijiet) |
CAF (5 timijiet)
AFC (4 timijiet)
CONCACAF (3 timijiet)
|
Remove ads
Ħarsa ġenerali
L-ewwel rawnd
It-Tazza tad-Dinja bdiet b'xokk hekk kif ir-rebbieħa tal-edizzjoni preċedenti tal-1998 Franza, mingħajr il-pedina Zinedine Zidane, tilfu l-ewwel partita tagħhom kontra d-debuttanti tas-Senegal, b'gowl ta' Papa Bouba Diop. Fil-fatt, il-Franċiżi naqqsu li jiskorjaw gowl matul l-edizzjoni u spiċċaw l-aħħar post fi Grupp A. L-uniku punt li kisbu kien kontra l-Urugwaj f'pari ta' mingħajr gowls. Id-Danimarka rebħet il-grupp flimkien mas-Senegal li mxew għar-rawnd ta' wara.
Spanja kellha bidu ħafif fi Grupp B, bil-Paragwaj jiskorjaw gowl fl-aħħar minuti kontra s-Slovenja biex ġew l-istess punti mal-Afrika t'Isfel kif ukoll l-istess fid-differenza ta' gowls; minħabba li l-Paragwaj skorja gowl iktar mill-Afrika t'Isfel huma ngħaqdu ma' Spanja fit-tieni rawnd. Il-tim tal-Brażil iddomina Grupp Ċ u t-Turkija ngħaqdu magħhom meta rnexxielhom jikkwalifikaw minħabba differenza ta' gowls aħjar fuq il-Kosta Rika. Iċ-Ċina naqset li tħalli mpressjoni hekk kif spiċċat l-aħħar mingħajr punt u mingħajr gowl. Grupp D ra sorpriżi differenti hekk kif l-Istati Uniti għelbet lill-qawwa tradizzjonali tal-Portugiża bl-iskor ta' 3–2. Wara, il-gowlkiper Brad Friedel kiseb għall-Amerikani pari ta' 1-1 kontra l-Korea t'Isfel. Il-Korea t'Isfel, li kienet diġà fit-tieni rawnd wara li rebħet lill-Polonja 2–0, u rebħet lill-Portugall, tat lill-Istati Uniti post fil-fażi li jmiss.
Il-Ġermanja bdiet l-impenji tagħha b'rebħa kbira ta' 8–0 lis-Għarabja Sawdita fi Grupp E grazzi għal tliet gowls ta' Miroslav Klose. L-Irlanda, li kienu qed jilgħabu mingħajr Roy Keane li ntbagħat id-dar qabel it-Tazza tad-Dinja, ikkwalifikaw għall-fażi ta' wara fuq ċ-ċampjins Afrikani, il-Kamerun.
Fi Grupp F, jew kif kien aħjar magħruf bħala "il-Grupp tal-Mewt", kien hemm il-favoriti l-Arġentina li naqsu li jagħmlu progress mill-grupp. Telfa ta' 1–0 kontra l-Ingilterra b'gowl ta' David Beckham u pari kontra l-Iżvezja żamm lis-Sud-Amerikani milli javvanzaw. L-Iskandinavi rebħu l-grupp u bl-Ingilterra jsegwuhom fit-tieni post. Fi Grupp Ġ, l-Italja, il-Kroazja u l-Ekwador kollha rebħu darba lil xulxin, imma l-pari kontra r-rebbieħa tal-grupp, il-Messiku, flimkien mal-fatt li ż-żewġ timijiet l-oħra tilfu kontra l-Amerikani, ta lill-Italja t-tieni post fil-grupp.
L-ospiti tal-edizzjoni flimkien mal-Korea t'Isfel, il-Ġappun rebħu Grupp H, u l-Belġju akkompanjathom għat-tieni fażi. Ir-Russja u t-Tuniżija kienu tnejn mid-diżappunt tal-kampjonat, u dan il-grupp kien ikkunsidrat bħala l-inqas kompetittiv f'din l-edizzjoni tal-2002.
It-tieni rawnd u l-kwarti tal-finali
Fit-tieni rawnd, il-Ġermanja rebħet b'gowl fl-aħħar minuti ta' Oliver Neuville kontra l-Paragwaj. L-Ingilterra rebħet b'mod impressjonanti lit-tim Daniż b'riżultat finali ta' 3–0. Is-Senegal komplew jimpressjonaw hekk kif rebħu bil-gowl tad-deheb kontra l-Iżvezja bl-iskor ta' 2–1. Il-gowl ta' Robbie Keane fl-aħħar minuti tal-logħba kontra Spanja ma serviex għall-Irlanda biex jikkwalifikaw meta tilfu fl-għoti tal-penalties kontra t-tim Spanjol. Fil-partita kollha Amerikana, bejn l-Istati Uniti u l-Messiku, l-Istati Uniti ħarġu rebbieħa b'riżultat ta' 2–0 b'gowls ta' Brian McBride u Landon Donovan. Il-Belġju lagħbu logħba qalbiena kontra l-Brażil, però arrendew fl-aħħar taqsima meta l-Brażil ħarġu rebbieħa 2–0. It-Turkija waqfet is-serje pożittiva tal-Ġappun meta rebħu b'gowl uniku. Il-Korea t'Isfel għelbu lill-Italja 2-1 grazzi għal gowl tad-deheb. Ir-rebħa tal-Korea t'Isfel assigurat li għall-ewwel darba fl-istorja ta' din il-kompetizzjoni t-timijiet mill-Ewropa, l-Amerika ta' Fuq, l-Amerika t'Isfel, l-Afrika u l-Asja waslu sal-kwarti tal-finali.
Fil-kwarti tal-finali, il-gowl ta' Ronaldinho kien il-gowl rebbieħ fil-konfront kontra l-Ingilterra meta l-Brażil rebħu 2–1. L-Istati Uniti, friski mit-trijonf fuq il-ġirien Messikani, tilfu kontra l-Ġermanja b'gowl minn Michael Ballack. Matul din il-partita l-Amerikani ddominaw il-logħob u kienu sfortunati li ma ngħatawx penalty meta Torsten Frings deher imiss il-ballun b'idu fuq il-linja tal-gowl fid-49 minuta. Il-Korea t'Isfel kompliet sejra 'l quddiem meta rebħet bil-lotterija tal-penalties kontra Spanja, wara li sal-120 minuta l-iskor baqa' mingħajr gowls. F'dan il-konfront l-Ispanjoli kellhom żewġ gowls imħassrin mir-referi. B'hekk, il-Korea t'Isfel sar l-ewwel pajjiż Ażjatiku li kkwalifika għas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja. It-Turkija komplew bil-mixja pożittiva tagħhom permezz ta' rebħa ta' 1–0 kontra s-Senegal, b'dan it-tim tal-aħħar minkejja l-eliminazzjoni tiegħu xorta waħda ħalla impressjoni mhux ftit fl-ewwel dehra tiegħu.
Semifinali, partita għat-tielet post u finali
Is-semifinali raw ż-żewġ logħbiet jispiċċaw 1–0; l-ewwel, il-gowl ta' Ballack kien biżżejjed biex poġġa lill-Ġermanja fil-finali għad-danni tal-Korea t'Isfel. Madanakollu, Ballack irċieva karta safra li b'riżultat t'hekk poġġietu barra mill-finali minħabba n-numru ta' karti sofor akkumulati. Ronaldo skorja s-sitt gowl fil-kompetizzjoni għall-Brażil, bil-gowl tiegħu jkunu l-uniku wieħed li jifred lit-tim tiegħu lit-Turkija. Fil-logħba għat-tielet post, it-Turkija rebħet 3–2 lis-Sud-Koreani f'partita mill-aktar eċitanti. L-ewwel gowl ġie skorjat minn Hakan Şükür 10.8 sekondi biss mill-bidu tal-konfront, l-iktar gowl veloċi li qatt sar fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.
Fil-finali ġewwa Yokohama, il-Ġappun, żewġ gowls ta' Ronaldo assiguraw lill-Brażil ir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fuq il-Ġermanja. L-istilla ta' Inter skorja darbtejn fit-tieni taqsima. Dan kien il-ħames unur tal-Brażil, biex ħadu l-ewwel post fil-gradwatorja tal-aktar rebbieħa ta' din il-kompetizzjoni. Din fissret ukoll l-ewwel darba li tim rebaħ kull logħba tat-Tazza tad-Dinja mill-1970. Il-kaptan tal-Brażil Cafu, li sar l-ewwel plejer li deher fi tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, aċċetta t-trofew f'isem it-tim.
Remove ads
Stadji
Il-Korea t'Isfel u l-Ġappun ipprovdew kull wieħed għaxar stadji, il-biċċa l-kbira minnhom kollha mibnija ġodda.
Korea t'Isfel

Ġappun
Referis
|
|
Remove ads
Riżultati
Il-ħinijiet kollha huma UTC+9.
Fażi tal-gruppi
Fit-tabelli segwenti:
- L = total ta' logħob li ntlagħbu
- R = total ta' rebħiet
- P = total ta' pari
- T = total ta' telfiet
- GF = total ta' gowls skurjati (favur)
- GK = total ta' gowls li laqqtu (kontra)
- DG = differenza ta' gowls (GF–GK)
- Pti = total ta' punti akkumulati
It-timijiet pożizzjonati fl-ewwel u t-tieni post (bi sfond aħdar) ikkwalifikaw għar-rawnd tal-aħħar sittax.
Grupp A
Grupp B
Grupp Ċ
Grupp D
Grupp E
Grupp F
Grupp Ġ
Grupp H
Fażi eliminatorja
Tabella
L-aħħar sittax | Kwarti tal-finali | Semifinali | Finali | |||||||||||
15 ta' Ġunju – Seogwipo | ||||||||||||||
![]() |
1 | |||||||||||||
21 ta' Ġunju – Ulsan | ||||||||||||||
![]() |
0 | |||||||||||||
![]() |
1 | |||||||||||||
17 ta' Ġunju – Jeonju | ||||||||||||||
![]() |
0 | |||||||||||||
![]() |
0 | |||||||||||||
25 ta' Ġunju – Seoul | ||||||||||||||
![]() |
2 | |||||||||||||
![]() |
1 | |||||||||||||
16 ta' Ġunju – Suwon | ||||||||||||||
![]() |
0 | |||||||||||||
![]() |
1 (3) | |||||||||||||
22 ta' Ġunju – Gwangju | ||||||||||||||
![]() |
1 (2) | |||||||||||||
![]() |
0 (3) | |||||||||||||
18 ta' Ġunju – Daejeon | ||||||||||||||
![]() |
0 (5) | |||||||||||||
![]() |
2 | |||||||||||||
30 ta' Ġunju – Yokohama | ||||||||||||||
![]() |
1 | |||||||||||||
![]() |
0 | |||||||||||||
15 ta' Ġunju – Niigata | ||||||||||||||
![]() |
2 | |||||||||||||
![]() |
0 | |||||||||||||
21 ta' Ġunju – Shizuoka | ||||||||||||||
![]() |
3 | |||||||||||||
![]() |
1 | |||||||||||||
17 ta' Ġunju – Kobe | ||||||||||||||
![]() |
2 | |||||||||||||
![]() |
2 | |||||||||||||
26 ta' Ġunju – Saitama | ||||||||||||||
![]() |
0 | |||||||||||||
![]() |
1 | |||||||||||||
16 ta' Ġunju – Ōita | ||||||||||||||
![]() |
0 | Logħba għat-tielet post | ||||||||||||
![]() |
1 | |||||||||||||
22 ta' Ġunju – Osaka | 29 ta' Ġunju – Daegu | |||||||||||||
![]() |
2 | |||||||||||||
![]() |
0 | ![]() |
2 | |||||||||||
18 ta' Ġunju – Miyagi | ||||||||||||||
![]() |
1 | ![]() |
3 | |||||||||||
![]() |
0 | |||||||||||||
![]() |
1 | |||||||||||||
L-Aħħar sittax
Kwarti tal-finali
Semifinali
It-Tielet post
Finali
Remove ads
Statistika
L-aqwa skorers
- 8 gowls
- 5 gowls
Rivaldo
Miroslav Klose
- 4 gowls
- 3 gowls
- 2 gowls
- gowl
|
|
|
- Awtogowls
Unuri
Remove ads
Ħoloq esterni
![]() |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002 |
- It-Tazza tad-Dinja 2002 fuq fifa.com
- Riżultati tal-fażi finali fuq RSSSF
- Riżultati tal-fażi ta' kwalifikazzjoni fuq RSSSF
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads